1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fiż-żoni tal-ibħra territorjali tagħhom, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom u fiż-żoni ta' kontroll tat-tniġġis tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk il-karburanti bħala proporzjon tal-massa ikun iktar minn:
|
(a)
|
3,50 % mit-18 ta' Gunju 2014;
|
|
(b)
|
0,50 % mill-1 ta' Jannar 2020.
|
Dan il-paragrafu għandu japplika għall-bastimenti kollha tal-bnadar kollha, inklużi l-bastimenti li l-vjaġġ tagħhom ikun beda barra mill-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 7.