+Artikolu 6 Il-kontenut massimu ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu użati f'ibħra territorjali, f'żoni ekonomiċi esklużivi u f'żoni ta' kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri, inklużi Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx, u minn vapuri tal-passiġġieri li joperaw servizzi regolari lejn u minn portijiet tal-Unjoni
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
---+Artikolu 6 8
---+Artikolu 6 9
---+Artikolu 6 10

Artikolu 6 Il-kontenut massimu ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu użati f'ibħra territorjali, f'żoni ekonomiċi esklużivi u f'żoni ta' kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri, inklużi Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx, u minn vapuri tal-passiġġieri li joperaw servizzi regolari lejn u minn portijiet tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fiż-żoni tal-ibħra territorjali tagħhom, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom u fiż-żoni ta' kontroll tat-tniġġis tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk il-karburanti bħala proporzjon tal-massa ikun iktar minn:

(a)

3,50 % mit-18 ta' Gunju 2014;

(b)

0,50 % mill-1 ta' Jannar 2020.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-bastimenti kollha tal-bnadar kollha, inklużi l-bastimenti li l-vjaġġ tagħhom ikun beda barra mill-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 7.

Artikolu 6 2

2.   L-Istati Membri ghandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtiega sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fiż-żoni tal-ibħra territorjali taghhom, fiż-żoni ekonomici esklużivi tagħhom u fiż-żoni ta' kontroll tat-tniggis taghhom li jaqgħu fi hdan Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk il-karburanti bħala proporzjon tal-massa ikun iktar minn:

(a)

1,00 % sal-31 ta' Diċembru 2014;

(b)

0,10 % mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-bastimenti tal-bnadar kollha, inklużi bastimenti li l-vjaġġ tagħhom ikun beda barra l-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tqis kif dovut kwalunkwe bidla futura fir-rekwiżiti skont l-Anness VI tal-MARPOL applikabbli fiż-Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx, u, fejn ikun xieraq, mingħajr dewmien żejjed tagħmel kull proposta rilevanti bil-ħsieb li tiġi emendata din id-Direttiva kif meħtieġ.

Artikolu 6 3

3.   Id-data tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 għal kwalunkwe żona ġdida tal-baħar, inklużi portijiet, deżinjati mill-IMO bħala Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx skont ir-Regolament 14(3)(b) tal-Anness VI tl-MARPOL għandha tkun 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-deżinjazzjoni.

Artikolu 6 4

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-infurzar tal-paragrafu 2 tal-inqas fir-rigward ta':

—

bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom; u

—

fil-każ ta' Stati Membri li jikkonfinaw ma' Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx, bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera waqt li jkunu fil-portijiet tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jieħdu wkoll azzjoni addizzjonali ta' infurzar fir-rigward ta' bastimenti oħra skont il-liġi marittima internazzjonali.

Artikolu 6 5

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fl-ibħra territorjali tagħhom, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom u fiż-żoni ta' kontroll tat-tniġġis tagħhom li jinsabu barra Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx minn vapuri tal-passiġġieri li joperaw servizzi regolari lejn jew minn kwalunkwe port tal-Unjoni jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk il-karburanti ikun iktar minn 1,50 % tal-massa sal-1 ta' Jannar 2020.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-infurzar ta' dan ir-rekwiżit tal-inqas fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u ta' bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera waqt li qiegħdin fil-portijiet tagħhom.

Artikolu 6 6

6.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li r-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri jimtlew korrettament, inklużi operazzjonijiet ta' bdil tal-karburanti.

Artikolu 6 7

7.   L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw id-disponibilità ta' karburanti għal użu marittimu li jikkonformaw ma' din id-Direttiva u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar id-disponibilità ta' tali karburanti għal użu marittimu fil-portijiet u t-terminals tagħhom.

Artikolu 6 8

8.   Jekk Stat Membru jsib li bastiment ma jkunx konformi mal-istandards għall-karburanti għal użu marittimu li jikkonformaw ma' din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru hija intitolata titlob li l-bastiment:

(a)

jippreżenta reġistru tal-azzjonijiet meħuda biex jipprova jiżgura li jkun konformi; u

(b)

jipprovdi evidenza li huwa pprova jixtri karburant għal użu marittimu li huwa f'konformità ma' din id-Direttiva skont il-pjan tal-vjaġġ tiegħu u, jekk dan ma kienx disponibbli fejn stabbilit fil-pjan, li saru tentattivi biex jinstabu għejun alternattivi għal tali karburant għal użu marittimu u li, minkejja l-ikbar sforzi biex jinkiseb karburant għal użu marittimu li jkun f'konformità ma' din id-Direttiva, ma kien disponibbli għax-xiri l-ebda karburant għal użu marittimu ta' dan it-tip.

Il-vapur m'għandux ikun meħtieġ li jiddevja mill-vjaġġ intenzjonat tiegħu jew li jittardja l-vjaġġ bla bżonn sabiex ikun f'konformità.

Jekk vapur jipprovdi t-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u l-evidenza ppreżentata bil-għan li jiddetermina l-azzjoni xierqa li għandu jieħu, inkluż li ma jiħux miżuri ta' kontroll.

Vapur għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tiegħu u lill-awtorità kompetenti tal-port ta' destinazzjoni rilevanti meta ma jkunx jista' jixtri karburant għal użu marittimu li jkun konformi ma' din id-Direttiva.

L-Istat tal-port għandu jinnotifika lill-Kummissjoni meta vapur ikun ippreżenta evidenza ta' nuqqas ta' disponibilità ta' karburanti għal użu marittimu li jkunu konformi ma' din id-Direttiva.

Artikolu 6 9

9.   L-Istati Membri għandhom, skont ir-Regolament 18 tal-Anness VI tal-MARPOL:

(a)

iżommu reġistru pubblikament disponibbli tal-fornituri lokali ta' karburanti għal użu marittimu;

(b)

jiżguraw li l-kontenut ta' kubrit fil-karburanti kollha għal użu marittimu mibjugħa fit-territorju tagħhom jiġi ddokumentat mill-fornitur fuq nota ta' kunsinna tal-bunker, akkumpanjata minn kampjun issiġillat u ffirmat mir-rappreżentant tal-vapur li jirċievi l-karburant;

(c)

jieħdu azzjoni kontra fornituri ta' karburanti għal użu marittimu li jkunu nstabu li kkonsenjaw karburant li ma jaqbilx mal-ispeċifikazzjoni indikata fuq in-nota ta' kunsinna tal-bunker;

(d)

jiżguraw li tittieħed azzjoni rimedjali sabiex kwalunkwe karburant għal użu marittimu li jkun instab li mhuwiex konformi jinġieb f'konformità.

Artikolu 6 10

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żjut diżil għal użu marittimu ma jitpoġġewx fis-suq fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk iż-żjut diżil għal użu marittimu ikun iktar minn 1,50 % tal-massa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0802
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.