+Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
|
Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1
|
1. Is-setgħa li tadotta atti ta' delega hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 16 2
|
2. Is-setgħa li tadotta atti ta' delega msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mis-17 ta' Diċembru 2012. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
|
|
Artikolu 16 3
|
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 15 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Hija ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma taffettwax il-validità ta' kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 16 4
|
4. Malli tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 16 5
|
5. Att ta' delega adottat skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 15 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0802
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|