2. Is-setgħa li tadotta atti ta' delega msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mis-17 ta' Diċembru 2012. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.