3. Fejn ebda referenza għall-istandards armonizzati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkun ġiet ippubblikata, il-kontenut ta' siti elettroniċi li jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-istandard Ewropew EN 301 549 V1.1.2 (2015-04) jew partijiet minnu għandu jiġi preżunt li huwa konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4 li huma koperti minn dawk ir-rekwiżiti rilevanti jew minn partijiet minnhom.
Fejn ma tkun ġiet ippubblikata ebda referenza għall-istandards armonizzati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u fin-nuqqas tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-kontenut ta' applikazzjonijiet mobbli li jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-Istandard Ewropew EN 301 549 V1.1.2 (2015-04) jew partijiet minnu għandu jkun preżunt li huwa f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4 li huma koperti minn dawk ir-rekwiżiti rilevanti jew minn partijiet minnhom.