4. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10 sabiex temenda l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu billi taġġorna r-referenza għall-istandard Ewropew EN 301 549 V1.1.2 (2015–04) sabiex issir referenza għal verżjoni aktar reċenti ta' dak l-istandard, jew għal standard Ewropew li jissostitwixxiha, meta dik il-verżjoni jew l-istandard jissodisfa r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4 u tiżgura mill-inqas livell ekwivalenti ta' aċċessibbiltà għal dak żgurat mill-istandard Ewropew EN 301 549 V1.1.2 (2015–04).