2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu metodoloġija għall-monitoraġġ tal-konformità ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4. Dik il-metodoloġija għandha tkun trasparenti, trasferibbli, komparabbli, riproduċibbli u faċli li tintuża. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). Sat-23 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att ta' implimentazzjoni ta' dan it-tip.