+Artikolu 8 Monitoraġġ u rappurtar
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
---+Artikolu 8 7

Artikolu 8 Monitoraġġ u rappurtar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   L-Istati Membri għandhom perjodikament jagħmlu monitoraġġ tal-konformità tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4 abbażi tal-metodoloġija ta' monitoraġġ prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 8 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu metodoloġija għall-monitoraġġ tal-konformità ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4. Dik il-metodoloġija għandha tkun trasparenti, trasferibbli, komparabbli, riproduċibbli u faċli li tintuża. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). Sat-23 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att ta' implimentazzjoni ta' dan it-tip.

Artikolu 8 3

3.   Il-metodoloġija ta' monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 2 tista' tieħu kont tal-analiżi esperta u għandha tinkludi:

(a)

il-perjodiċità tal-monitoraġġ, kif ukoll it-teħid ta' kampjuni tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli li jridu jkunu soġġetti għall-monitoraġġ;

(b)

fil-livell tas-sit elettroniku, it-teħid ta' kampjuni tal-paġni elettroniċi u tal-kontenut f'dawk il-paġni;

(c)

fil-livell tal-applikazzjoni mobbli, il-kontenut li jrid jiġi ttestjat, b'kont meħud tal-mument tar-rilaxx inizjali tal-applikazzjoni u tal-aġġornamenti sussegwenti dwar il-funzjonalità;

(d)

deskrizzjoni tal-mod li bih il-konformità jew in-nonkonformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4 ser tiġi murija b'mod suffiċjenti, waqt li jsir referenzjar dirett, fejn adatt, tad-deskrizzjonijiet rilevanti fl-istandard armonizzat jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 6(2), jew fl-istandard Ewropew imsemmi fl-Artikolu 6(3);

(e)

fil-każ li jiġu identifikati nuqqasijiet, mekkaniżmu li jipprovdi data u informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4 f'format li jista' jintuża mill-korpi tas-settur pubbliku sabiex jikkoreġu dawk in-nuqqasijiet; u

(f)

arranġamenti adatti, inkluż fejn meħtieġ eżempji u gwida għal testijiet awtomatiċi, manwali u tal-użu, flimkien mal-parametri tat-teħid ta' kampjuni, b'mod li jkun kompatibbli mal-perjodiċità tal-monitoraġġ u r-rappurtar.

Artikolu 8 4

4.   Sat-23 ta' Diċembru 2021, u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-eżitu tal-monitoraġġ inkluża d-data ta' kejl. Dak ir-rapport għandu jitfassal fuq il-bażi tal-arranġamenti għar-rappurtar imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-informazzjoni dwar l-użu tal-proċedura ta' eżekuzzjoni stipulata fl-Artikolu 9.

Artikolu 8 5

5.   Fir-rigward tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 7, l-ewwel rapport għandu jkopri wkoll dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti dwar l-aċċessibbiltà ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli;

(b)

il-proċeduri biex isir pubbliku kwalunkwe żvilupp fil-politika tal-aċċessibbiltà rigward siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli;

(c)

l-esperjenzi u s-sejbiet mill-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4; u

(d)

l-informazzjoni dwar taħriġ u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni.

Fejn saru bidliet sinifikanti fir-rigward tal-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti sussegwenti tagħhom informazzjoni dwar dawk il-bidliet.

Artikolu 8 6

6.   Il-kontenut tar-rapporti kollha, li ma jeħtiġux li jelenkawis-siti elettroniċi, l-applikazzjonijiet mobbli jew il-korpi tas-settur pubbliku eżaminati, għandu jkun disponibbli għall-pubbliku f'format aċċessibbli. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti ta' rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). Sat-23 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att ta' implimentazzjoni ta' dan it-tip.

Artikolu 8 7

7.   Sat-23 ta' Settembru 2018, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-korp magħżul biex iwettaq il-funzjonijiet ta' monitoraġġ u rappurtar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.12.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2102
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.