5. Fir-rigward tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 7, l-ewwel rapport għandu jkopri wkoll dan li ġej:
|
(a)
|
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti dwar l-aċċessibbiltà ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli;
|
|
(b)
|
il-proċeduri biex isir pubbliku kwalunkwe żvilupp fil-politika tal-aċċessibbiltà rigward siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli;
|
|
(c)
|
l-esperjenzi u s-sejbiet mill-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stipulati fl-Artikolu 4; u
|
|
(d)
|
l-informazzjoni dwar taħriġ u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni.
|
Fejn saru bidliet sinifikanti fir-rigward tal-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti sussegwenti tagħhom informazzjoni dwar dawk il-bidliet.