6. Il-kontenut tar-rapporti kollha, li ma jeħtiġux li jelenkawis-siti elettroniċi, l-applikazzjonijiet mobbli jew il-korpi tas-settur pubbliku eżaminati, għandu jkun disponibbli għall-pubbliku f'format aċċessibbli. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti ta' rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(3). Sat-23 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att ta' implimentazzjoni ta' dan it-tip.