1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' proċedura ta' eżekuzzjoni adegwata u effettiva, biex tkun garantita l-konformità ma' din id-Direttiva, fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 u 5 u l-Artikolu 7(1). B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċedura ta' eżekuzzjoni, bħall-possibbiltà li jiġi kkuntattjat ombudsman, sabiex jiġi garantit it-trattament effettiv ta' notifiki u talbiet li jaslu kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1) u tiġi rieżaminata l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.