+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“emissjoni” tfisser ir-rilaxx ta' sustanza minn punt jew sors diffuż fl-atmosfera;

(2) 

“emissjonijiet antropoġeniċi” tfisser l-emissjonijiet atmosferiċi ta' inkwinanti assoċjati mal-attivitajiet tal-bniedem;

(3) 

“prekursuri tal-ożonu” tfisser ossidi tan-nitroġenu, komposti volatili organiċi mhux metaniċi, metan u monossidu tal-karbonju;

(4) 

“objettivi ta' kwalità tal-arja” tfisser il-valuri ta' limitu, il-valuri mira u l-obbligi tal-konċentrazzjoni tal-espożizzjoni għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE u d-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(5) 

“diossidu tal-kubrit” jew “SO2” tfisser il-komposti kollha tal-kubrit espressi bħala diossidu tal-kubrit, inkluż it-trijossidu tal-kubrit (SO3), l-aċidu tal-kubrit (H2SO4), u komposti ridotti tal-kubrit bħas-sulfur tal-idroġenu (H2S), merkaptani u sulfidi tad-dimetil;

(6) 

“ossidi tan-nitroġenu” jew “NOx” tfisser monossidu tan-nitroġenu u diossidu tan-nitroġenu, espressi bħala diossidu tan-nitroġenu;

(7) 

“komposti organiċi volatili mhux metaniċi” jew “NMVOC” tfisser il-komposti organiċi kollha, għajr il-metan, li huma kapaċi jipproduċu ossidanti fotokimiċi permezz ta' reazzjoni ma' ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx;

(8) 

“partiċelli fini” jew “PM2,5” tfisser partikoli b'dijametru ajrudinamiku daqs jew anqas minn 2,5 mikrometri (μm);

(9) 

“karbonju iswed” jew “BC” tfisser partiċelli karbonjużi li jassorbu d-dawl;

(10) 

“impenn nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet” tfisser l-obbligu tal-Istati Membri fit--tnaqqis ta' emissjonijiet ta' sustanza; tispeċifika it-tnaqqis ta' emissjonijiet li bħala minimu għandu jintlaħaqt fis-sena kalendarja mira' bħala perċentwal tat-total ta' emissjonijiet rilaxxati matul is-sena bażi (2005);

(11) 

“ċiklu tal-inżul u tat-tluq” tfisser iċ-ċiklu li jinkludi l-mument li l-ajruplan jidħol minn u joħroġ għal fuq ir-runway, il-ġirja għat-tluq, x'ħin jinqata' mill-art, x'ħin javviċina r-runway, l-inżul u l-attivitajiet l-oħra kollha tal-ajruplan li jseħħu f'altitudni ta' inqas minn 3 000 pied;

(12) 

“traffiku marittimu internazzjonali” tfisser vjaġġi fuq il-baħar jew f'ilmijiet kostali ta' bastimenti tal-bnadar kollha, għajr bastimenti tas-sajd, li jitilqu mit-territorju ta' pajjiż wieħed u li jaslu fit-territorju ta' pajjiż ieħor;

(13) 

“żona ta' kontroll tat-tniġġis” tfisser żona tal-baħar li tinsab mhux aktar minn 200 mil nawtiku bogħod mil-linji ta' referenza li minnhom titkejjel il-wisa' tal-baħar territorjali, stabbilita minn Stat Membru għall-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis minn bastimenti skont ir-regoli u l-istandards internazzjonali applikabbli;

(14) 

“Leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors” tfisser leġislazzjoni tal-Unjoni bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinantital-arja koperti minn din id-Direttiva billi jittieħdu miżuri ta' mitigazzjoni fis-sors.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2284
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.