+Artikolu 6 Programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.
---+Artikolu 6 9.
---+Artikolu 6 10.

Artikolu 6 Programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-Istati Membri għandhom ifasslu, jadottaw u jimplimentaw il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja rispettivi tagħhom f'konformità mal-Parti 1 tal-Anness III sabiex jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 4, u biex jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 1(1).
Artikolu 6 2.

Fit-tfassil, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom:

(a) 

jivvalutaw sa liema punt is-sorsi nazzjonali ta' emissjonijiet x'aktarx li jkollhom impatt fuq il-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom u fl-Istati Membri ġirien tagħhom bl-użu, fejn adatt, tad-data u l-metodoloġiji żviluppati bħala parti mill-Programm Ewropew għall-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni (EMEP) skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni LRTAP dwar il-finanzjament fit-tul tal-programm ta' kooperazzjoni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tat-trasmissjoni fuq medda twila ta' inkwinanti tal-arja fl-Ewropa;

(b) 

iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti tal-arja sabiex tintlaħaq il-konformità mal-objettivi relatati mal-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom u, fejn adatt, fl-Istati Membri ġirien;

(c) 

jagħtu prijorità lil miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju iswed meta jieħdu miżuri biex jinkisbu l-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-partiċelli fini;

(d) 

jiżguraw koerenza ma' pjanijiet u programmi rilevanti oħrajn stabbiliti bis-saħħa ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni.

Bil-ħsieb li jikkonformaw mal-impenji nazzjonali rilevanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti bħala obbligatorji fil-Parti 2 tal-Anness III u jistgħu jinkludu f'dawk il-programmi l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti bħala fakultattivi fil-Parti 2 tal-Anness III jew miżuri li jkollhom effett ta' mitigazzjoni ekwivalenti.

Artikolu 6 3.
L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja tagħhom tal-anqas kull erba' snin.
Artikolu 6 4.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-politiki u l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jinsabu fil-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jiġu aġġornati fi żmien 18-il xahar mill-preżentazzjoni tal-aħħar inventarju nazzjonali tal-emissjonijiet jew projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet jekk, skont id-data ppreżentata, l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 ma jitħarsux jew ikun hemm riskju ta' nuqqas ta' konformità.
Artikolu 6 5.
L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-pubbliku, f'konformità mad-Direttiva 2003/35/KE, u lill-awtoritajiet kompetenti li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom fil-qasam tat-tniġġis, il-kwalità u l-ġestjoni tal-arja fil-livelli kollha, x'aktarx li jiġu milquta mill-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, dwar l-abbozzi tal-programmi nazzjonali tagħhom ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornament sinifikanti qabel il-finalizzazzjoni ta' dawk il-programmi.
Artikolu 6 6.
Fejn adatt, għandhom isiru konsultazzjonijiet transkonfinali.
Artikolu 6 7.
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, fejn adatt, permezz ta' skambju ta' prattiki tajba.
Artikolu 6 8.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-adattament tal-Parti 2 tal-Anness III għall-iżviluppi, inkluż progress tekniku, fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni LRTAP.
Artikolu 6 9.
Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi gwida dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.
Artikolu 6 10.
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika wkoll permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2284
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.