+Artikolu 8 Inventarji u projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet, u rapporti tal-inventarju informattivi
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.

Artikolu 8 Inventarji u projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet, u rapporti tal-inventarju informattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
L-Istati Membri għandhom jippreparaw u jaġġornaw kull sena l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella A tal-Anness I, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fiha.

L-Istati Membri jistgħu jħejju u jaġġornaw ta' kull sena l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella B tal-Anness I, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fiha.

Artikolu 8 2.
L-Istati Membri għandhom iħejju u jaġġornaw kull erba' snin inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati u inventarji ta' sorsi lokalizzati kbar u, kull sentejn, projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet ta' inkwinanti stabbiliti fit-Tabella C tal-Anness I, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fiha.
Artikolu 8 3.
L-Istati Membri għandhom ifasslu rapport tal-inventarju informattiv li għandu jakkompanja l-inventarji u l- projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella D tal-Anness I.
Artikolu 8 4.
L-Istati Membri li jagħżlu flessibbiltà skont l-Artikolu 5 għandhom jinkludu l-informazzjoni li turi li l-użu ta' dik il-flessibbiltà jissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u fil-Parti 4 tal-Anness IV jew fl-Artikolu 5(2), (3) jew (4) fejn applikabbli, fir-rapport tal-inventarju informattiv tas-sena konċernata.
Artikolu 8 5.
L-Istati Membri għandhom iħejju u jaġġornaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, (inkluż jekk ikun adatt l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet aġġustati), il-proġettazzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet, inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, inventarji ta' sorsi lokalizzati kbar u r-rapporti tal-inventarju informattivi li jakkumpanjawhom f'konformità mal-Anness IV.
Artikolu 8 6.
Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha ta' kull sena tħejji u taġġorna inventarji tal-emissjonijiet fl-Unjoni kollhau rapport tal-inventarju informattiv kif ukoll kull sentejn, projezzjonijiet tal-emissjonijiet fl-Unjoni kollha u, kull erba' snin, inventarji tal-Unjoni kollha tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, għall-inkwinanti kollha msemmija fl-Anness I, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 8 7.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-adattament tal-Anness I u l-Anness IV għall-iżviluppi, inkluż progress tekniku u xjentifiku, fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni LRTAP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2284
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.