+Artikolu 10 Rappurtar mill-Istati Membri
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.

Artikolu 10 Rappurtar mill-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-ewwel programm nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2019.

Meta programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat skont l-Artikolu 6(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-programm aġġornat lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u l-aġġornamenti tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6.

Artikolu 10 2.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-inventarji u l- projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet, l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, l-inventarji ta' sorsi lokalizzati kbar u r-rapporti tal-inventarju informattivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 8(1), (2) u (3) u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 8 (4), lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent f'konformità mad-dati tar-rappurtar stabbiliti fl-Anness I.

Dan ir-rappurtar għandu jkun konsistenti mar-rappurtar lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni LRTAP.

Artikolu 10 3.

Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u f'konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, għandha tirrieżamina d-data dwar l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet fl-ewwel sena ta' rappurtar u regolarment wara dan. Dak ir-rieżami għandu jinvolvi dan li ġej:

(a) 

kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata;

(b) 

kontrolli biex jiġu identifikati każijiet fejn id-data tal-inventarju titħejja b'mod li mhuwiex konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti skont il-liġi internazzjonali, b'mod partikolari skont il-Konvenzjoni LRTAP;

(c) 

fejn adatt, il-kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.

Fejn l-Istat Membru konċernat u l-Kummissjoni ma jkunux jistgħu jilħqu qbil dwar il-ħtieġa jew dwar il-kontenut tal-korrezzjonijiet tekniċi skont il-punt (c), il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-korrezzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu applikati mill-Istat Membru konċernat.

Artikolu 10 4.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja msemmija fl-Artikolu 9 lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent:

(a) 

sal-1 ta' Lulju 2018 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-post fejn jinsabu s-siti tal-monitoraġġ u l-indikaturi assoċjati li jintużaw għall-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja; u

(b) 

sal-1 ta' Lulju 2019 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, id-data ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 9.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2284
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.