+Artikolu 11 Rapporti mill-Kummissjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
|
Artikolu 11 Rapporti mill-Kummissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' April 2020 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż valutazzjoni tal-kontribut tagħha għall-ksib tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 1, inkluż:
(a)
progress lejn:
(i)
il-livelli ta' emissjonijiet indikattivi u l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 u, fejn applikabbli, ir-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta' ksib;
(ii)
il-livelli ta' kwalità tal-arja fl-ambjent f'konformità mal-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
(iii)
l-objettivi tal-Unjoni dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi f'konformità mas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali;
(b)
l-identifikazzjoni ta' miżuri ulterjuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-punt (a);
(c)
l-użu ta' fondi tal-Unjoni biex jiġu appoġġati l-miżuri meħuda bil-ħsieb li jkun hemm konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva;
(d)
ir-riżultati tal-eżami tal-Kummissjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u l-aġġornamenti tagħhom skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
(e)
evalwazzjoni tal-impatti fuq is-saħħa, dawk ambjentali u soċjoekonomiċi ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Fejn ir-rapport jindika li n-nuqqas ta' ksib tal-livelli indikattivi ta' emissjonijiet u impenji ta' tnaqqis ta' emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4 jista' jkun riżultat ta' leġislazzjoni ineffettiva tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors, inkluż l-implimentazzjoni tagħha fil-livell tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tinvestiga l-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri filwaqt li tikkunsidra wkoll l-impatti settorjali tal-implimentazzjoni. Fejn adatt, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġislattivi, inkluż leġislazzjoni ġdida dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-impenji ta' din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2284
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|