|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' April 2020 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż valutazzjoni tal-kontribut tagħha għall-ksib tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 1, inkluż:
(a)
progress lejn:
(i)
il-livelli ta' emissjonijiet indikattivi u l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 u, fejn applikabbli, ir-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta' ksib;
(ii)
il-livelli ta' kwalità tal-arja fl-ambjent f'konformità mal-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
(iii)
l-objettivi tal-Unjoni dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi f'konformità mas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali;
(b)
l-identifikazzjoni ta' miżuri ulterjuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-punt (a);
(c)
l-użu ta' fondi tal-Unjoni biex jiġu appoġġati l-miżuri meħuda bil-ħsieb li jkun hemm konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva;
(d)
ir-riżultati tal-eżami tal-Kummissjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u l-aġġornamenti tagħhom skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
(e)
evalwazzjoni tal-impatti fuq is-saħħa, dawk ambjentali u soċjoekonomiċi ta' din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|