L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 imġarrba minn istituzzjoni ta’ kreditu għall-impriżi msemmija fih għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta’ dak ir-Regolament, sakemm dawk l-impriżi jkunu stabbiliti fl-Unjoni u sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta’ dak ir-Regolament, kif speċifikat ulterjorment fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jiġu ssodisfatti u sa fejn dawk l-impriżi jkunu koperti bl-istess superviżjoni fuq bażi konsolidata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), jew bi standards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz, kif speċifikat ulterjorment fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.