+Artikolu 9 Artikolu 400(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Eżenzjonijiet
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
|
Artikolu 9 Artikolu 400(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Eżenzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament għal 80 % tal-valur nominali tal-bonds koperti, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 9 2.
|
L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament għal 80 % tal-valur ta' skopertura tagħhom, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 9 3.
|
L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 imġarrba minn istituzzjoni ta’ kreditu għall-impriżi msemmija fih għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta’ dak ir-Regolament, sakemm dawk l-impriżi jkunu stabbiliti fl-Unjoni u sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta’ dak ir-Regolament, kif speċifikat ulterjorment fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jiġu ssodisfatti u sa fejn dawk l-impriżi jkunu koperti bl-istess superviżjoni fuq bażi konsolidata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), jew bi standards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz, kif speċifikat ulterjorment fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 9 4.
|
L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament, kif speċifikat ulterjorment fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 9 5.
|
L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(e) sa (l) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati għal kollox, jew fil-każ tal-Artikolu 400(2)(i) għandhom ikunu eżentati sal-ammont massimu permess, mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament, sakemm ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 9 6.
|
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet speċifikati fl- Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll l-Anness rilevanti ta' dan ir-Regolament applikabbli fl-iskopertura speċifika. Il-BĊE jista' jivverifika din il-valutazzjoni fi kwalunkwe żmien u jitlob lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jissottomettu d-dokumentazzjoni msemmija fl-Anness rilevanti għal dan l-iskop.
|
|
Artikolu 9 7.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika biss meta l-Istat Membru rilevanti ma jkunx eżerċita l-opzjoni taħt l-Artikolu 493(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jagħti eżenzjoni sħiħa jew parzjali għall-iskopertura speċifika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.08.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0445
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|