+Artikolu 19 Artikolu 478(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Perċentwalijiet applikabbli għat-tnaqqis mill-Ekwità Komuni tal-Grad 1 ta' investimenti sinjifikanti f'entitajiet tas-settur finanzjarju u assi tat-taxxa differiti li jiddependu fuq profitt fil-futur
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.
|
Artikolu 19 Artikolu 478(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Perċentwalijiet applikabbli għat-tnaqqis mill-Ekwità Komuni tal-Grad 1 ta' investimenti sinjifikanti f'entitajiet tas-settur finanzjarju u assi tat-taxxa differiti li jiddependu fuq profitt fil-futur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 478(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwali applikabbli għall-finijiet tal-Artikolu 469(1)(a) u (c) ta' dak ir-Regolament għandha tkun:
(a)
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016;
(b)
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017;
(c)
100 % mill-1 ta' Jannar 2018.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 478(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
(a)
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016;
(b)
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017;
(c)
100 % mill-1 ta' Jannar 2018.
|
|
Artikolu 19 3.
|
B'deroga mill-paragrafu 2, fejn, bis-saħħa tal-Artikolu 478(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-liġi nazzjonali tipprovdi għal perjodu ta' tneħħija gradwali fuq 10 snin, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
(a)
40 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016;
(b)
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017;
(c)
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018;
(d)
100 % mill-1 ta' Jannar 2019.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Il-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta' kreditu li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, huma suġġetti għal pjanijiet ta' ristrutturar approvati mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Meta istituzzjoni ta' kreditu li tidħol fl-ambitu tal-paragrafu 4 tiġi akkwistata minn jew tingħaqad ma' istituzzjoni ta' kreditu oħra meta l-pjan ta' ristrutturar għadu fis-seħħ mingħajr modifika dwar it-trattament prudenzjali ta' assi tat-taxxa differita, l-eċċezzjoni fil-paragrafu 4 għandha tapplika lill-istituzzjoni ta' kreditu li qed takkwista, l-istituzzjoni ta' kreditu ġdida li tirriżulta mill-għaqda jew istituzzjoni ta' kreditu li tinkorpora l-istituzzjoni ta' kreditu oriġinali, bl-istess mod li applikat għall-istituzzjoni ta' kreditu akkwistata, magħquda jew inkorporata.
|
|
Artikolu 19 6.
|
Il-BĊE jista' jirrevedi l-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5 fl-2020 skont il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu.
|
|
Artikolu 19 7.
|
Fil-każ ta' żieda mhux mistennija fl-impatt tat-tnaqqis skont il-paragrafi 2 u 3 li l-BĊE jiddetermina li huwa materjali, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jitħallew ma japplikawx il-paragrafu 2 jew 3.
|
|
Artikolu 19 8.
|
Meta l-paragrafi 2 u 3 ma japplikawx, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali.
|
|
Artikolu 19 9.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, iżda dik il-liġi għandha tistabbilixxi perċentwalijiet li huma ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1, 2 u 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.08.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0445
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|