|
+ANNESS I |
ANNESS I
ANNESS I Kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta' eżenzjoni mil-limitu ta' skopertura kbira skont l-Artikolu 400(2)(c) ta-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament 1. Dan l-Anness japplika fir-rigward ta' eżenzjonijiet mil-limitu ta' skopertura kbira skont l-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-Artikolu 9(3): pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE ( 6 ) jitqiesu li huma ekwivalenti. 2. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw dawn il-kriterji li ġejjin meta jivvalutaw jekk skopertura msemmija fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
(a)
Sabiex jiġi vvalutat jekk in-natura speċifika tal-iskopertura, il-kontroparti jew ir-relazzjoni bejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jeliminawx jew inaqqsux ir-riskju tal-iskopertura, kif ipprovdut fl-Artikolu 400(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw jekk:
(i)
jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 113(6)(b), (c) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod partikolari jekk il-kontroparti hija suġġetta għall-istess valutazzjoni tar-riskju, proċeduri ta' kalkolu u kontroll bħall-istituzzjoni ta' kreditu u jekk is-sistemi IT humiex integrati jew, tal-inqas, allinjati għal kollox. Barra minn hekk, għandhom jikkunsidraw jekk hemmx ostakoli prattiċi jew legali kurrenti jew antiċipati li jistgħu jtellfu l-ħlas lura fil-ħin tal-iskopertura mill-kontroparti lill-istituzzjoni ta' kreditu, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni ta' rkupru jew riżoluzzjoni meta r-restrizzjonijiet msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) huma meħtieġa li jiġu implimentati;
(ii)
l-iskoperturi intragrupp huma ġġustifikati mill-istruttura u l-istrateġija ta' finanzjament tal-grupp;
(iii)
il-proċess li permezz tiegħu tittieħed deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' skopertura lill-kontroparti intragrupp, u l-proċess ta' monitoraġġ u reviżjoni applikabbli għal dawn l-iskoperturi, fil-livell individwali u kkonsolidat, meta jkun rilevanti, huwa simili għal dawk li huma applikati għal self lil terzi;
(iv)
il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, is-sistema tal-IT u r-rapportar intern ta' istituzzjoni ta' kreditu jippermettulha li tivverifika kontinwament u tiżgura li skoperturi kbar lil impriżi ta' grupp jiġu allinjati mal-istrateġija ta' riskju tagħha fil-livell tal-entità legali u fil-livell konsolidat, meta jkun rilevanti.
(b)
Sabiex jiġi vvalutat jekk kwalunkwe riskju ta' konċentrazzjoni li fadal jistax jiġi indirizzat b'mezzi oħrajn daqshekk ieħor effettivi bħall-arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi provduti fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif previst fl-Artikolu 400(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iqisu jekk:
(i)
l-istituzzjoni ta' kreditu għandhiex proċessi, proċeduri u kontrolli robusti, fil-livell individwali u fil-livell konsolidat, fejn ikun rilevanti,sabiex jiġi żgurat li l-użu tal-eżenzjoni ma jirriżultax f'konċentrazzjoni tar-riskju li huwa barra l-istrateġja tar-riskju tagħha u kontra l-prinċipju ta' ġestjoni ta' likwidità interna soda ġewwa l-grupp;
(ii)
l-istituzzjoni ta' kreditu kkunsidratx formalment il-konċentrazzjoni tar-riskju li jrriżulta mill-iskoperturi intragrupp bħala parti mill-qafas ta' valutazzjoni tar-riskju inġenerali tagħha;
(iii)
l-istituzzjoni ta' kreditu għandhiex qafas ta' kontroll tar-riskju, fil-livell ta' entità legali u fil-livell konsolidat meta jkun rilevanti, li jimmoniterja adegwatament l-iskoperturi proposti;
(iv)
ir-riskju ta' konċentrazzjoni li jinqala' kienx jew huwiex se jkun identifikat b'mod ċar fil-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern (ICAAP) tal-insitutzzjoni ta' kreditu u huwiex se jkun ġestit attivament. L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għal-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni humiex se jiġu vvalutati fil-proċess ta' reviżjoni u ta' evalwazzjoni superviżorju.
(v)
Hemmx dokumentazzjoni li turi li l-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni hija konsistenti mal-pjan ta' rkupru tal-grupp. 3. Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 u 2 humiex sodisfatti, il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jitlob lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja:
(a)
Ittra ffirmata mir-rappreżentant legali, b'approvazzjoni mill-korp tal-ġestjoni, fejn jingħad li l-istituzzjoni ta' kreditu tikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 4000(2)(d) u l-Artikolu 400(3) biex tingħata eżenzjoni.
(b)
Parir legali, maħruġ jew minn terza persuna indipendenti esterna jew minn dipartiment legali intern, u approvat mill-korp ta' ġestjoni, fejn jintwera li ma hemmx ostakoli li jistgħu jtellfu l-ħlas lura fil-ħin tal-iskoperturi minn korp reġjonali jew ċentrali lill-istituzzjoni ta' kreditu li jirriżulta jew mill-applikazzjoni ta' regolamenti, inklużi regolamenti fiskali, jew ftehim vinkolanti.
(c)
Stqarrija ffirmata mir-rappreżentant legali u approvata mill-korp ta' ġestjoni li tgħid li:
(i)
ma hemmx impedimenti prattiċi għall-ħlas lura fil-waqt tal-iskoperturi fil-ħin minn kontroparti lill-istituzzjoni ta' kreditu;
(ii)
l-iskoperturi intragrupp huma ġġustifikati mill-istruttura u l-istrateġija ta' finanzjament tal-grupp;
(iii)
il-proċess li permezz tiegħu tittieħed deċiżjoni għall-approvazzjoni ta' skopertura lill-kontroparti intragrupp, u l-proċess ta' monitoraġġ u reviżjoni applikabbli għal dan l-iskoperturi, fil-livell individwali u kkonsolidat, meta jkun rilevanti, huwa simili għal dawk li huma applikati għal self lil terzi;
(iv)
riskju ta' konċentrazzjoni ġej mill-iskoperturi intragrupp ġie kkunsidrat bħala parti mill-qafas ta' valutazzjoni tar-riskju globali ta' istituzzjoni ta' kreditu.
(d)
Dokumentazzjoni ffirmata mir-rappreżentant legali u approvata mill-korp tal-ġestjoni li tiċċertifika li l-proċeduri tal-evalwazzjoni tar-riskju, il-kalkolu u l-kontroll tal-istituzzjoni ta' kreditu huma l-istess bħal tal-kontroparti u li l-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju, is-sistema IT u r-rapportar intern jippermettu lill-korp ta' ġestjoni biex jiġi mmonitorjat kontinwament il-livell tal-iskopertura kbira u l-kompatibbiltà tagħha mal-istrateġija tar-riskju tal-istituzzjoni tal-kreditu fil-livell ta' entità legali u fil-livell konsolidat, meta jkun rilevanti, u mal-prinċipji ta' ġestjoni tal-likwidità interna soda ġewwa l-grupp.
(e)
Dokumentazzjoni li turi li l-ICAAP tidentifika b'mod ċar ir-riskju ta' konċentrazzjoni ġej minn skoperturi intragrupp kbar u li dan ir-riskju huwa ġestit attivament.
(f)
Dokumentazzjoni li turi li l-ġestjoni tar-riskju ta' konċentrazzjoni hija konsistenti mal-pjan ta' rkupru tal-grupp. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|