|
+Artikolu 1 Suġġett |
Artikolu 1 SuġġettArtikolu 1 Suġġett Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri dwar dan li ġej:
—
il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u oħrajn, huma rikjesti mill-Istati Membri mingħand il-kumpaniji fit-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li tali salvagwardji jsiru ekwivalenti;
—
il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u terzi, huma rikjesti mill-Istati Membri, mingħand il-kumpaniji fit-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat, fir-rigward tal-iżvelar, il-validità tal-obbligazzjonijiet li jkunu daħlu għalihom il-kumpaniji limitati b'ishma jew li diversament ikollhom responsabbiltà limitata, u n-nullità tagħhom, bil-għan li tali salvagwardji jsiru ekwivalenti;
—
ir-regoli dwar il-formazzjoni online tal-kumpaniji, ir-reġistrazzjoni online tal-fergħat tagħhom u dwar il-preżentazzjoni online ta’ dokumenti u informazzjoni mill-kumpaniji u l-fergħat;
—
ir-rekwiżiti tal-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta' kumpaniji regolati bil-liġijiet ta' Stat ieħor;
—
il-mergers ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata;
—
il-konverżjonijiet transkonfinali, il-mergers transkonfinali u d-diviżjonijiet transkonfinali ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata;
—
id-diviżjoni ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbilta limitata.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|