+Artikolu 13a Definizzjonijiet

Artikolu 13a Definizzjonijiet

Artikolu 13a

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(1) 

“mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika” tfisser mezz ta’ identifikazzjoni elettronika kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(2) 

“skema ta’ identifikazzjoni elettronika” tfisser skema ta’ identifikazzjoni elettronika kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(3) 

“mezzi elettroniċi” tfisser tagħmir elettroniku wżat għall-ipproċessar, inkluża l-kompressjoni diġitali, u l-ħżin ta’ data, u li permezz tiegħu l-informazzjoni inizjalment tintbagħat u tasal fid-destinazzjoni tagħha; dik l-informazzjoni tiġi trażmessa, imwassla u riċevuta kompletament b'mod li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri;

(4) 

“formazzjoni” tfisser il-proċess kollu tal-istabbiliment ta’ kumpanija f'konformità mal-liġi nazzjonali, inkluż it-tfassil tal-istrument tal-kostituzzjoni tal-kumpanija u l-passi kollha neċessarji għad-dħul ta’ kumpanija fir-reġistru;

(5) 

“reġistrazzjoni ta’ fergħa” tfisser proċess li jwassal għall-iżvelar tad-dokumenti u tal-informazzjoni relatati ma’ fergħa li tkun għadha kemm infetħet fi Stat Membru;

(6) 

“mudell” tfisser mudell għall-istrument tal-kostituzzjoni ta’ kumpanija li jkun imfassal mill-Istati Membri b'mod konformi mal-liġi nazzjonali u użat għall-formazzjoni online ta’ kumpanija f'konformità mal-Artikolu 13g.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.