+Section 1 General provisions
---+Artikolu 13 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 13a Definizzjonijiet
---+Artikolu 13b Rikonoxximent tal-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri online
------+Artikolu 13b 1.
------+Artikolu 13b 2.
------+Artikolu 13b 3.
------+Artikolu 13b 4.
---+Artikolu 13c Dispożizzjonijiet ġenerali dwar proċeduri online
------+Artikolu 13c 1.
------+Artikolu 13c 2.
------+Artikolu 13c 3.
---+Artikolu 13d Tariffi għall-proċeduri online
------+Artikolu 13d 1.
------+Artikolu 13d 2.
---+Artikolu 13e Pagamenti
---+Artikolu 13f Rekwiżiti ta’ informazzjoni

Section 1 General provisions

Section 1 General provisions

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 13

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti minn din it-Taqsima u fit-Taqsima 1A għandhom japplikaw għal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mat-tipi ta’ kumpaniji mniżżla fl-Anness II, u, fejn speċifikat, mat-tipi ta’ kumpaniji mniżżla fl-Annessi I u IIA.

▼M2

Artikolu 13a Definizzjonijiet

Artikolu 13a

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(1) 

“mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika” tfisser mezz ta’ identifikazzjoni elettronika kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(2) 

“skema ta’ identifikazzjoni elettronika” tfisser skema ta’ identifikazzjoni elettronika kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(3) 

“mezzi elettroniċi” tfisser tagħmir elettroniku wżat għall-ipproċessar, inkluża l-kompressjoni diġitali, u l-ħżin ta’ data, u li permezz tiegħu l-informazzjoni inizjalment tintbagħat u tasal fid-destinazzjoni tagħha; dik l-informazzjoni tiġi trażmessa, imwassla u riċevuta kompletament b'mod li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri;

(4) 

“formazzjoni” tfisser il-proċess kollu tal-istabbiliment ta’ kumpanija f'konformità mal-liġi nazzjonali, inkluż it-tfassil tal-istrument tal-kostituzzjoni tal-kumpanija u l-passi kollha neċessarji għad-dħul ta’ kumpanija fir-reġistru;

(5) 

“reġistrazzjoni ta’ fergħa” tfisser proċess li jwassal għall-iżvelar tad-dokumenti u tal-informazzjoni relatati ma’ fergħa li tkun għadha kemm infetħet fi Stat Membru;

(6) 

“mudell” tfisser mudell għall-istrument tal-kostituzzjoni ta’ kumpanija li jkun imfassal mill-Istati Membri b'mod konformi mal-liġi nazzjonali u użat għall-formazzjoni online ta’ kumpanija f'konformità mal-Artikolu 13g.

Artikolu 13b Rikonoxximent tal-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri online

Rikonoxximent tal-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri online

Artikolu 13c Dispożizzjonijiet ġenerali dwar proċeduri online

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar proċeduri online

Artikolu 13d Tariffi għall-proċeduri online

Tariffi għall-proċeduri online

Artikolu 13e Pagamenti

Artikolu 13e

Pagamenti

Fejn it-tlestija ta’ proċedura stabbilita f'dan il-Kapitolu tirrikjedi pagament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak il-pagament ikun jista’ jsir permezz ta’ servizz ta’ pagament online disponibbli b'mod wiesa’ li jista’ jintuża għal pagamenti transfruntiera, li jippermetti l-identifikazzjoni tal-persuna li għamlet il-pagament u jiġi pprovdut minn istituzzjoni finanzjarja jew fornitur ta’ servizzi tal-pagament stabbiliti fi Stat Membru.

Artikolu 13f Rekwiżiti ta’ informazzjoni

Artikolu 13f

Rekwiżiti ta’ informazzjoni

L-Istati Membru għandhom jiżguraw li informazzjoni konċiża u faċli biex tintuża, ipprovduta mingħajr ħlas u mill-inqas f'lingwa mifhuma b'mod wiesa’ mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera, tkun disponibbli fil-portals jew websites tar-reġistrazzjoni aċċessibbli permezz tal-Gateway Diġitali Unika, biex tassisti fil-formazzjoni tal-kumpaniji u r-reġistrazzjoni tal-fergħat. L-informazzjoni għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:

(a) 

ir-regoli dwar il-formazzjoni tal-kumpaniji, inklużi l-proċeduri online msemmija fl-Artikoli 13g u 13j, u r-rekwiżiti relatati mal-użu ta’ mudelli u ma’ kwalunkwe dokument ieħor tal-formazzjoni, l-identifikazzjoni tal-persuni, l-użu tal-lingwi u t-tariffi applikabbli;

(b) 

ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-fergħat, inklużi l-proċeduri online msemmija fl-Artikoli 28a u 28b, u r-rekwiżiti relatati mad-dokumenti tar-reġistrazzjoni, l-identifikazzjoni tal-persuni u l-użu tal-lingwi;

(c) 

ħarsa ġenerali tar-regoli applikabbli dwar kif wieħed isir membru tal-korp amministrattiv, tal-korp maniġerjali jew tal-korp superviżorju ta’ kumpanija, fosthom tar-regoli dwar l-iskwalifika ta’ diretturi u dwar l-awtoritajiet jew korpi responsabbli għaż-żamma tal-informazzjoni dwar diretturi skwalifikati;

(d) 

ħarsa ġenerali tas-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-korp amministrattiv, il-korp maniġerjali u l-korp superviżorju ta’ kumpanija, inkluża l-awtorità li tirrappreżenta kumpanija f’negozjati ma’ partijiet terzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.