+Artikolu 13b Rikonoxximent tal-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri online
---+Artikolu 13b 1.
---+Artikolu 13b 2.
---+Artikolu 13b 3.
---+Artikolu 13b 4.
|
Artikolu 13b Rikonoxximent tal-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri online
Rikonoxximent tal-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri online
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13b 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li ġejjin jistgħu jintużaw minn applikanti li huma ċittadini tal-Unjoni fil-proċeduri online imsemmija f'dan il-Kapitolu:
(a)
mezz ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġ taħt skema ta’ identifikazzjoni elettronika approvata mill-Istat Membru tagħhom stess;
(b)
mezz ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġ fi Stat Membru ieħor u rikonoxxut għall-fini tal-awtentikazzjoni transfruntiera skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.
|
|
Artikolu 13b 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika meta l-livelli ta’ assigurazzjoni ta’ dawk il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika ma jkunux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.
|
|
Artikolu 13b 3.
|
Il-mezzi ta’ identifikazzjoni kollha rikonoxxuti mill-Istati Membri għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 13b 4.
|
Meta jkun ġustifikat għal raġunijiet ta’ interess pubbliku għall-prevenzjoni ta’ użu ħażin jew alterazzjoni tal-identità, l-Istati Membri jistgħu għall-finijiet ta’ verifika tal-identità ta’ applikant jieħdu miżuri li jaf jeħtieġu preżenza fiżika ta’ dak l-applikant quddiem kwalunkwe awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-proċeduri online imsemmija f'dan il-Kapitolu, inkluż it-tfassil tal-istrument tal-kostituzzjoni ta’ kumpanija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preżenza fiżika tal-applikant tkun tenħtieġ biss fuq bażi ta’ każ b'każ meta jkun hemm raġunijiet biex tiġi suspettata falsifikazzjoni tal-identità, u li kwalunkwe pass ieħor tal-proċedura jista’ jitlesta online.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|