+Artikolu 13j Preżentazzjoni online tad-dokumenti u l-informazzjoni ta’ kumpanija
---+Artikolu 13j 1.
---+Artikolu 13j 2.
---+Artikolu 13j 3.
---+Artikolu 13j 4.
---+Artikolu 13j 5.

Artikolu 13j Preżentazzjoni online tad-dokumenti u l-informazzjoni ta’ kumpanija

Preżentazzjoni online tad-dokumenti u l-informazzjoni ta’ kumpanija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13j 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u l-informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 14, inkluż kwalunkwe modifika tagħhom, ikunu jistgħu jiġu preżentati online lir-reġistru fil-limitu ta’ żmien previst mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn hija reġistrata l-kumpanija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali preżentazzjoni tista’ ssir online mill-bidu sal-aħħar mingħajr il-bżonn li l-applikant jidher fiżikament quddiem kwalunkwe awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw il-preżentazzjoni online, suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13b(4) u fejn japplika, l-Artikolu 13g(8).
Artikolu 13j 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini u l-integrità tad-dokumenti preżentati online tista’ tiġi vverifikata b'mod elettroniku.
Artikolu 13j 3.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li ċerti kumpaniji jew li l-kumpaniji kollha jippreżentaw id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, jew uħud minnhom, online.
Artikolu 13j 4.
L-Artikolu 13g (2) sa (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-preżentazzjoni online ta’ dokumenti u informazzjoni.
Artikolu 13j 5.
L-Istati Membri jistgħu jkomplu jippermettu forom oħra ta’ preżentazzjoni barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż b’mezzi elettroniċi jew stampati, minn kumpaniji, nutara jew minn kwalunkwe persuna jew korp oħra responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittratta tali forom ta’ preżentazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.