+Artikolu 16a Aċċess għal informazzjoni żvelata
---+Artikolu 16a 1.
---+Artikolu 16a 2.
---+Artikolu 16a 3.
---+Artikolu 16a 4.
|
Artikolu 16a Aċċess għal informazzjoni żvelata
Aċċess għal informazzjoni żvelata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kopji ta’ kull dokument u informazzjoni jew ta’ kwalunkwe parti minnhom, imsemmija fl-Artikolu 14, jistgħu jinkisbu mir-reġistru mal-applikazzjoni, u li tali applikazzjoni tista’ tiġi preżentata lir-reġistru f'forma stampata jew elettronika. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċerti tipi jew partijiet tad-dokumenti u l-informazzjoni li ġew preżentati f'forma stampata fil-31 ta’ Diċembru 2006 jew qabel, ma jistgħux jinkisbu f'forma elettronika fejn ikun għadda perjodu speċifikat bejn id-data tal-preżentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni. Perjodu speċifikat bħal dan ma jistax ikun anqas minn 10 snin.
|
|
Artikolu 16a 2.
|
Il-prezz biex tinkiseb kopja tad-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 14 jew ta’ parti minnhom, f'forma stampata jew elettronika, m'għandux ikun ogħla mill-ispiża amministrattiva tagħhom, inklużi l-ispejjeż tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tar-reġistri.
|
|
Artikolu 16a 3.
|
Kopji elettroniċi u stampati li jingħataw lil applikant għandhom ikunu ċċertifikati bħala “kopji veri” sakemm l-applikant jiddikjara li ma jeħtieġx dik iċ-ċertifikazzjoni.
|
|
Artikolu 16a 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kopji u siltiet elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni pprovduti mir-reġistru ġew awtentikati permezz tas-servizzi fiduċjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014, sabiex ikun garantit li l-kopji jew siltiet elettroniċi ġew ipprovduti mir-reġistru u li l-kontenut tagħhom huwa kopja veru tad-dokument miżmum mir-reġistru jew li hu konsistenti mal-informazzjoni li fih.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|