+Artikolu 22 Sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.

Artikolu 22 Sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri

Sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
Hija b'dan stabbilita pjattaforma ċentrali Ewropea (“il-pjattaforma”).
Artikolu 22 2.

Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandha tkun magħmula minn:

— 
ir-reġistri tal-Istati Membri,
— 
il-pjattaforma,
— 
il-portal li jkun iservi bħala punt ta' aċċess elettroniku Ewropew.
Artikolu 22 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà tar-reġistri tagħhom fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri permezz tal-pjattaforma.
Artikolu 22 4.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu punti ta' aċċess fakultattivi għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bla bżonn dwar l-istabbiliment tagħhom u dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-operat tagħhom.

Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi wkoll punti ta’ aċċess fakultattivi għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri. Tali punti ta’ aċċess għandhom jikkonsistu f'sistemi żviluppati u operati mill-Kummissjoni jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni sabiex iwettqu l-funzjonijiet amministrattivi tagħhom jew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri mingħajr dewmien indebitu dwar l-istabbiliment ta’ tali punti ta’ aċċess u dwar kwalunkwe bidla sinifikanti fl-operat tagħhom.

Artikolu 22 5.
L-aċċess għall-informazzjoni mis-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri għandu jkun ipprovdut permezz tal-portal u permezz tal-punti ta’ aċċess fakultattivi stabbiliti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.
Artikolu 22 6.
It-twaqqif tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri m'għandhiex taffettwa l-ftehimiet bilaterali eżistenti konklużi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kumpaniji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.