+Artikolu 28a Reġistrazzjoni online tal-fergħat
---+Artikolu 28a 1.
---+Artikolu 28a 2.
---+Artikolu 28a 3.
---+Artikolu 28a 4.
---+Artikolu 28a 5.
---+Artikolu 28a 6.
---+Artikolu 28a 7.
|
Artikolu 28a Reġistrazzjoni online tal-fergħat
Reġistrazzjoni online tal-fergħat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta’ fergħa ta’ kumpanija fi Stat Membru, li hija regolata mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor, tista’ ssir online kompletament mingħajr il-bżonn li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem kwalunkwe awtorità jew kwalunkwe persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-fergħat, suġġett għall-Artikolu 13b(4) u mutatis mutandis għall-Artikolu 13g(8).
|
|
Artikolu 28a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni online ta’ fergħat, inkluż regoli dwar id-dokumenti u l-informazzjoni li jeħtieġ li jiġu preżentati lil awtorità kompetenti. Bħala parti minn dawn ir-regoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni online tista’ ssir billi l-informazzjoni jew dokumenti jiġu preżentati f'forma elettronika, inkluż kopji elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16a(4), jew billi jintużaw l-informazzjoni jew dokumenti ppreżentati qabel lil reġistru.
|
|
Artikolu 28a 3.
|
Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jipprevedu tal-inqas dan li ġej:
(a)
il-proċeduri biex jiġi żgurat li l-applikanti għandhom il-kapaċità ġuridika neċessarja u li għandhom l-awtorità li jirrappreżentaw il-kumpanija;
(b)
il-mezzi għall-verifika tal-identità tal-persuna jew persuni li qed jirreġistraw il-fergħa, jew ir-rappreżentanti tagħhom;
(c)
ir-rekwiżiti għall-applikanti biex jużaw is-servizzi fiduċjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.
|
|
Artikolu 28a 4.
|
Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jipprevedu wkoll il-proċeduri li ġejjin biex:
(a)
issir verifika tal-legalità tal-għan tal-fergħa;
(b)
issir verifika tal-isem tal-fergħa;
(c)
issir verifika tal-legalità tad-dokumenti u l-informazzjoni ppreżentati għar-reġistrazzjoni tal-fergħa;
(d)
jiġi previst ir-rwol ta’ nutar jew ta’ kwalunkwe persuna jew korp ieħor involuti fil-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ fergħa taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli.
|
|
Artikolu 28a 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-kumpanija permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri meta tkun qed tiġi reġistrata fergħa ta’ kumpanija stabbilita fi Stat Membru ieħor. L-Istati Membri m'għandhomx jagħmlu r-reġistrazzjoni online ta’ fergħa kundizzjonali fuq il-kisba ta’ kwalunkwe liċenzja jew awtorizzazzjoni qabel tiġi rreġistrata l-fergħa, sakemm tali kondizzjonijiet tkun indispensabbli għas-superviżjoni xierqa stabbilita fil-liġi nazzjonali ta’ ċerti attivitajiet.
|
|
Artikolu 28a 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni online ta’ fergħa titlesta għalkollox fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-tlestija għalkollox tal-formalitajiet kollha, inkluża l-wasla tad-dokumenti u l-informazzjoni kollha neċessarji li jikkonformaw mal-liġi nazzjonali għand awtorità jew għand persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tar-reġistrazzjoni ta’ fergħa. Fejn mhuwiex possibbli li fergħa tiġi reġistrata sal-iskadenzi msemmija f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi mgħarraf dwar ir-raġunijiet għad-dewmien.
|
|
Artikolu 28a 7.
|
Wara r-reġistrazzjoni ta’ fergħa ta’ kumpanija stabbilita taħt il-liġijiet ta’ Stat Membru ieħor, ir-reġistru ta’ dik il-fergħa tal-Istat Membru fejn hija reġistrata l-fergħa għandu jinnotifika lill-Istat Membru fejn hija reġistrata l-kumpanija dwar ir-reġistrazzjoni tal-fergħa permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri. L-Istat Membru fejn hija reġistrata l-kumpanija għandu jirrikonoxxi l-wasla ta’ din in-notifika u għandu jdaħħal l-informazzjoni fir-reġistru tiegħu mingħajr dewmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|