|
+Artikolu 49 4. |
Artikolu 49 4.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu meta 90 % tal-valur nominali, jew meta ma hemmx valur nominali, tal-parità kontabbli, ta l-ishma kollha jinħareġ lil kumpanija waħda jew iżjed għal xi konsiderazjoni għajr fi flus kontanti, u meta r-rekwiżiti li ġejjin jitħarsu:
(a)
rigward il-kumpanija li tirċievi dik il-konsiderazzjoni, il-persuni msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4 jkunu ftiehmu li ma jużawx ir-rapport tal-esperti;
(b)
dak il-ftehim ikun ġie pubblikat kif previst fil-paragrafu 3;
(c)
il-kumpaniji li jagħtu dik il-konsiderazzjoni għandhom riservi li ma jistgħux jitqassmu skont il-liġi jew l-istatuti u li huma għallinqas daqs il-valur nominali jew, meta ma hemmx valur nominali, il-parità kontabbli ta l-ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti;
(d)
il-kumpaniji li jipprovdu din il-konsiderazzjoni jiggarantixxu, sa ammont daqs dak imsemmi fil-punt (c), id-djun tal-kumpanija riċeventi li jsiru bejn iż-żmien meta l-ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti u sena wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali ta' dik il-kumpanija għas-sena finanzjarja li matulha tkun ingħatat dik il-konsiderazzjoni. Kwalunkwe trasferiment ta' tali ishma għandu jiġi projbit matul dak il-perjodu;
(e)
il-garanzija msemmija fil-punt (d) ġiet ippubblikata kif previst fil-paragrafu 3; u
(f)
il-kumpaniji li jipprovdu tali konsiderazzjoni għandhom iqiegħdu somma daqs dik indikata fil-punt (c) f'riserva li ma tistax tiġi mqassma sa tliet snin wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali tal-kumpanija riċeventi għas-sena finanzjarja li matulha din il-konsiderazzjoni tkun ingħatat jew, jekk meħtieġ, sa data aktar tard meta l-pretensjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-garanzija msemmija fil-punt (d) li jingħataw matul dak il-perjodu jkunu ġew sodisfatti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|