+Artikolu 49 Rapport tal-esperti dwar konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.

Artikolu 49 Rapport tal-esperti dwar konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti

Rapport tal-esperti dwar konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1.
Għandu jitħejja rapport dwar kull konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti qabel ma l-kumpanija tiġi inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju, minn espert indipendenti jew iżjed maħtura jew approvati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. Dawk l-esperti jistgħu jkunu persuni fiziċi kif ukoll persuni ġuridiċi u kumpaniji jew ditti skont il-liġijiet ta' kull Stat Membru.
Artikolu 49 2.
Ir-rapport tal-esperti msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih għallinqas deskrizzjoni ta' kull wieħed mill-attiv inkluż fil-konsiderazzjoni kif ukoll tal-metodi ta' valutazzjoni użati u għandu jiddikjara jekk il-valuri li jaslu għalihom bl-applikazzjoni ta' dawk il-metodi jaqblux għallinqas mal-għadd u l-valur nominali jew, meta ma hemmx valur nominali, mal-parità kontabbli u, meta xieraq, mal-premju fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għalihom.
Artikolu 49 3.
Ir-rapport tal-esperti għandu jiġi ppubblikat bil-mod preskritt mil-liġijiet ta' kull Stat Membru, skont l-Artikolu 16.
Artikolu 49 4.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu meta 90 % tal-valur nominali, jew meta ma hemmx valur nominali, tal-parità kontabbli, ta l-ishma kollha jinħareġ lil kumpanija waħda jew iżjed għal xi konsiderazjoni għajr fi flus kontanti, u meta r-rekwiżiti li ġejjin jitħarsu:

(a) 

rigward il-kumpanija li tirċievi dik il-konsiderazzjoni, il-persuni msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4 jkunu ftiehmu li ma jużawx ir-rapport tal-esperti;

(b) 

dak il-ftehim ikun ġie pubblikat kif previst fil-paragrafu 3;

(c) 

il-kumpaniji li jagħtu dik il-konsiderazzjoni għandhom riservi li ma jistgħux jitqassmu skont il-liġi jew l-istatuti u li huma għallinqas daqs il-valur nominali jew, meta ma hemmx valur nominali, il-parità kontabbli ta l-ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti;

(d) 

il-kumpaniji li jipprovdu din il-konsiderazzjoni jiggarantixxu, sa ammont daqs dak imsemmi fil-punt (c), id-djun tal-kumpanija riċeventi li jsiru bejn iż-żmien meta l-ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti u sena wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali ta' dik il-kumpanija għas-sena finanzjarja li matulha tkun ingħatat dik il-konsiderazzjoni. Kwalunkwe trasferiment ta' tali ishma għandu jiġi projbit matul dak il-perjodu;

(e) 

il-garanzija msemmija fil-punt (d) ġiet ippubblikata kif previst fil-paragrafu 3; u

(f) 

il-kumpaniji li jipprovdu tali konsiderazzjoni għandhom iqiegħdu somma daqs dik indikata fil-punt (c) f'riserva li ma tistax tiġi mqassma sa tliet snin wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali tal-kumpanija riċeventi għas-sena finanzjarja li matulha din il-konsiderazzjoni tkun ingħatat jew, jekk meħtieġ, sa data aktar tard meta l-pretensjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-garanzija msemmija fil-punt (d) li jingħataw matul dak il-perjodu jkunu ġew sodisfatti.

Artikolu 49 5.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu meta tiġi ffurmata kumpanija ġdida permezz ta' merger jew diviżjoni meta jsir rapport ta' espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-merger jew tad-diviżjoni.

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw dan l-Artikolu fil-każijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, huma jistgħu jipprovdu li r-rapport li tħejja skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u r-rapport tal-espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-merger jew tad-diviżjoni jista' jitħejja mill-istess espert jew esperti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.