+Artikolu 56 Regoli ġenerali dwar id-distribuzzjoni
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
---+Artikolu 56 7.

Artikolu 56 Regoli ġenerali dwar id-distribuzzjoni

Regoli ġenerali dwar id-distribuzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.
Ħlief għal każijiet ta' tnaqqis ta' kapital sottoskritt, ma tista' ssir ebda distribuzzjoni lil azzjonisti meta fid-data tal-għeluq tal-aħħar sena finanzjarja l-attiv nett kif stabbiliti fil-kontijiet annwali tal-kumpanija huma, jew wara li jsir dik id-distribuzzjoni, jistgħu jsiru inqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt inklużi dawk ir-riservi li ma jistgħux jiġu mqassma skont il-liġi jew l-istatuti.
Artikolu 56 2.
Fejn il-parti tal-kapital sottoskritt mhux eżerċitat ma jkunx inkluż fl-attiv murija fil-karta bilanċjali, dak l-ammont għandu jitnaqqas mill-ammont ta' kapital sottoskritt imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 56 3.
L-ammont ta' distribuzzjoni lil azzjonisti ma jistax ikun iżjed mill-ammont tal-qliegħ fit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja inkluż kull qliegħ mirut u somom meħuda minn riservi disponibbli għal dan il-għan, u bit-tnaqqis ta' kull telf mirut u somom imqiegħda f'riserva skont il-liġi jew l-istatuti.
Artikolu 56 4.
It-terminu “distribuzzjoni” użat fil-paragrafi 1 u 3 jinkludi, b'mod partikolari, il-ħlas ta' dividendi u ta' imgħax li għandhom x'jaqsmu ma' ishma.
Artikolu 56 5.

Meta l-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li jsir ħlas ta' dividendi interim, għandhom japplikaw tal-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għandhom jitfasslu kontijiet interim biex juru li l-fondi disponibbli għad-distribuzzjoni huma biżżejjed;

(b) 

l-ammont li għandu jitqassam ma jistax ikun iżjed mill-profitti totali magħmula mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew imfassla l-kontijiet annwali, inkluż kull qliegħ magħmul u somom meħuda minn riservi disponibbli għal dak l-iskop, u bit-tnaqqis ta' kull telf magħmul u somom li għandhom jitqiegħdu f'riserva skont ir-rekwiżiti tal-liġi jew tal-istatuti.

Artikolu 56 6.
Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx jaffettwaw id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar żidiet f'kapital sottoskritt b' kapitalizzazzjoni ta' riżervi.
Artikolu 56 7.
Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jagħmlu dispożizzjoni biex ikun hemm deroga mill-paragrafu 1 fil-każ ta' kumpaniji ta' investiment b'kapital fiss.

Għal fini ta' dan il-paragrafu, it-terminu “kumpanija ta' investiment b'kapital fiss” tfisser biss dawk il-kumpaniji:

(a) 

li l-għan esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'diversi stocks u ishma, artijiet jew assi oħrajn, bl-uniku għan li jifirxu r-riskji tal-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tal-amministrazzjoni tal-assi tagħhom, u

(b) 

li joffru l-ishma tagħhom stess għal sottoskrizzjoni mill-pubbliku.

Safejn il-liġijiet ta' Stati Membri jagħmlu użu mill-għażla huma għandhom:

(a) 

jirrikjedu lil dawk il-kumpaniji jinkludu t-terminu “kumpanija ta' investiment” fid-dokumenti kollha indikati fl-Artikolu 26;

(b) 

ma jħallux li xi tali kumpanija, li l-assi netti tagħha huma inqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1, tqassam lill-azzjonisti meta fid-data tal-għeluq tal-aħħar sena finanzjarja l-attiv totali tal-kumpanija kif jidhru fil-kontijiet annwali huma, jew wara dik id-distribuzzjoni ikunu inqas minn wieħed u nofs l-ammont tal-passiv totali tal-kumpanija lil kredituri kif imniżżel fil-kontijiet annwali; u

(c) 

jirrikjedu li tali kumpanija li tqassam meta l-assi netti tagħha ikunu inqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 tinkludi fil-kontijiet annwali tagħha nota f'dak is-sens.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.