|
+Artikolu 56 7. |
Artikolu 56 7.Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jagħmlu dispożizzjoni biex ikun hemm deroga mill-paragrafu 1 fil-każ ta' kumpaniji ta' investiment b'kapital fiss. Għal fini ta' dan il-paragrafu, it-terminu “kumpanija ta' investiment b'kapital fiss” tfisser biss dawk il-kumpaniji:
(a)
li l-għan esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'diversi stocks u ishma, artijiet jew assi oħrajn, bl-uniku għan li jifirxu r-riskji tal-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tal-amministrazzjoni tal-assi tagħhom, u
(b)
li joffru l-ishma tagħhom stess għal sottoskrizzjoni mill-pubbliku. Safejn il-liġijiet ta' Stati Membri jagħmlu użu mill-għażla huma għandhom:
(a)
jirrikjedu lil dawk il-kumpaniji jinkludu t-terminu “kumpanija ta' investiment” fid-dokumenti kollha indikati fl-Artikolu 26;
(b)
ma jħallux li xi tali kumpanija, li l-assi netti tagħha huma inqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1, tqassam lill-azzjonisti meta fid-data tal-għeluq tal-aħħar sena finanzjarja l-attiv totali tal-kumpanija kif jidhru fil-kontijiet annwali huma, jew wara dik id-distribuzzjoni ikunu inqas minn wieħed u nofs l-ammont tal-passiv totali tal-kumpanija lil kredituri kif imniżżel fil-kontijiet annwali; u
(c)
jirrikjedu li tali kumpanija li tqassam meta l-assi netti tagħha ikunu inqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 tinkludi fil-kontijiet annwali tagħha nota f'dak is-sens. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|