+Artikolu 67 Is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma ta' ishma minn kumpanija li fiha l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata żżomm maġġoranza tad-drittijiet tal-vot jew li fuqha tista' teżerċita influenza dominanti
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
---+Artikolu 67 5.
---+Artikolu 67 6.

Artikolu 67 Is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma ta' ishma minn kumpanija li fiha l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata żżomm maġġoranza tad-drittijiet tal-vot jew li fuqha tista' teżerċita influenza dominanti

Is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma ta' ishma minn kumpanija li fiha l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata żżomm maġġoranza tad-drittijiet tal-vot jew li fuqha tista' teżerċita influenza dominanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 67 1.
Is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma ta' ishma f'kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata minn tip ta' kumpanija elenkata fl-Anness II.li fiha l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata ikollha direttament jew indirettament il-maġġoranza d-drittijiet tal-vot jew li fuqha hija tista' teżerċita influwenza dominanti direttament jew indirettament, għandhom jitqiesu li jkunu saru mill-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata nfisha.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta l-kumpanija l-oħra tkun regolata mil-liġi ta' pajjiż terz u jkollha forma ġuridika li tista' titqabbel ma' dawk elenkati fl-Anness II.

Madankollu, meta l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata ikollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot indirettament jew tista' teżerċita influwenza dominanti indirettament, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi jekk huma jagħmlu dispożizzjoni biex jiġu sospiżi d-drittijiet tal-vot konnessi mal-ishma fil-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata miżmuma mill-kumpanija l-oħra.

Artikolu 67 2.

Fin-nuqqas ta' koordinament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq gruppi ta' kumpaniji, l-Istati Membri jistgħu:

(a) 

jiddefinixxu l-każijiet li fihom kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata għandha titqies li tkun tista' teżerċita influwenza dominanti fuq kumpanija oħra; jekk Stat Membru jeżerċita din il-possibilità, il-liġi nazzjonali tiegħu għandha f'kull każ tipprovdi li influwenza dominanti tista' tiġi eżerċitata jekk kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata:

(i) 

ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-organu amministrattiv, tal-organu tal-ġestjoni jew tal-organu tas-sorveljanza, u hija fl-istess ħin azzjonista jew membru tal-kumpanija l-oħra; jew

(ii) 

hija azzjonista jew membru tal-kumpanija l-oħra u għandha l-kontroll waħdieni ta' maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri tagħha skont ftehim konkluż ma' azzjonisti jew membri oħra ta' dik il-kumpanija.

L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jagħmlu dispożizzjoni għall-ebda każ ieħor għajr dawk imsemmija fil-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu;

(b) 

jiddefinixxu l-każijiet li fihom kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata għandha titqies li għandha indirettament id-drittijiet tal-vot jew li tista' teżerċita indirettament influwenza dominanti;

(c) 

jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata għandha titqies li għandha d-drittijiet tal-vot.

Artikolu 67 3.
L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 fejn is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma jsiru f'isem persuna għajr il-persuna li tissottoskrivi, takkwista jew iżżomm l-ishma, li ma tkunx il-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata msemmija fil-paragrafu 1 u lanqas kumpanija oħra li fiha l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata żżomm direttament jew indirettament maġġoranza tad-drittijiet tal-vot jew li fuqha tista' teżerċita direttament jew indirettament influwenza dominanti.
Artikolu 67 4.
L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 fejn is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma jsiru mill-kumpanija l-oħra fil-kapaċità tagħha u fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha bħala negozjant professjonali tat-titoli, sakemm tkun membru ta' borża li tinsab jew li taħdem ġewwa Stat Membru, jew hija approvata jew issorveljata minn awtorità ta' Stat Membru kompetenti sabiex tissorvelja n-negozjanti professjonali tat-titoli li, skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, tista' tinkludi istituzzjonijiet ta' kreditu.
Artikolu 67 5.
L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 meta l-ishma f'kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata miżmuma minn kumpanija oħra jkunu ġew akkwistati qabel ir-relazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji tkun taqbel mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Madankollu, id-drittijiet tal-vot konnessi ma' dawk l-ishma għandhom jiġu sospiżi u l-ishma għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet il-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 60(1)(b).

Artikolu 67 6.

L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-Artikolu 61(2) jew (3) jew l-Artikolu 62 meta l-ishma f'kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jiġu akkwistati minn kumpanija oħra bil-kondizzjoni li huma jipprovdu:

(a) 

is-sospensjoni tad-drittijeit tal-vot konnessi mal-ishma fil-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata miżmuma mill-kumpanija l-oħra, u

(b) 

il-membri tal-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jkunu obbligati li jixtru lura mill-kumpanija l-oħra l-ishma msemmija fl-Artikolu 61(2) u (3) u l-Artikolu 62 għall-prezz li bih kienet akkwistathom il-kumpanija l-oħra; din is-sanzjoni għandha tapplika biss meta l-membri tal-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata juru li dik il-kumpanija ma kellha l-ebda sehem fis-sottoskrizzjoni jew l-akkwiżizzjoni tal-ishma ikkonċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.