|
+Artikolu 67 6. |
Artikolu 67 6.L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-Artikolu 61(2) jew (3) jew l-Artikolu 62 meta l-ishma f'kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jiġu akkwistati minn kumpanija oħra bil-kondizzjoni li huma jipprovdu:
(a)
is-sospensjoni tad-drittijeit tal-vot konnessi mal-ishma fil-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata miżmuma mill-kumpanija l-oħra, u
(b)
il-membri tal-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jkunu obbligati li jixtru lura mill-kumpanija l-oħra l-ishma msemmija fl-Artikolu 61(2) u (3) u l-Artikolu 62 għall-prezz li bih kienet akkwistathom il-kumpanija l-oħra; din is-sanzjoni għandha tapplika biss meta l-membri tal-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata juru li dik il-kumpanija ma kellha l-ebda sehem fis-sottoskrizzjoni jew l-akkwiżizzjoni tal-ishma ikkonċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|