|
+Artikolu 78 Fidwa tal-kapital sottoskritt mingħajr tnaqqis |
Artikolu 78 Fidwa tal-kapital sottoskritt mingħajr tnaqqisArtikolu 78 Fidwa tal-kapital sottoskritt mingħajr tnaqqis Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jawtorizzaw fidwa totali jew parzjali tal-kapital sottoskritt mingħajr tnaqqis tiegħu, huma għandhom għallinqas jeħtieġu li jiġu mħarsal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
meta l-istatuti jew atti ta' inkorporazzjoni jipprovdu għal fidwa, din tal-aħħar għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali li tivvota għallinqas taħt il-kondizzjonijiet normali dwar quorum u maġġoranza; meta l-istatuti jew atti ta' inkorporazzjoni ma jiddisponux għal fidwa, din tal-aħħar għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali li taġixxi għallinqas taħt il-kondizzjonijiet ta' quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 83; id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata bil-mod preskritt mil-liġijiet tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 16;
(b)
somom biss li huma disponibbli għal distribuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 56(1) sa (4) jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' fidwa;
(c)
azzjonisti li l-ishma tagħhom jinfdew għandhom iżommu l-jeddijiet tagħhom fil-kumpanija, bl-eċċezzjoni tal-jeddijiet tagħhom għal ħlas lura tal-investiment tagħhom u parteċipazzjoni fid-distribuzzjoni ta' dividend tal-bidu fuq ishma mhux mifdija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|