+Artikolu 79 Tnaqqis fil-kapital sottoskritt bl-irtirar obbligatorju tal-ishma
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.

Artikolu 79 Tnaqqis fil-kapital sottoskritt bl-irtirar obbligatorju tal-ishma

Tnaqqis fil-kapital sottoskritt bl-irtirar obbligatorju tal-ishma

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 79 1.

Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li kumpaniji jnaqqsu l-kapital sottoskritt tagħhom b'irtirar obbligatorju ta' ishma, huma għandhom jeħtieġu li għallinqas jiġu mħarsal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-irtirar obbligatorju għandu jiġi preskritt jew awtorizzat mill-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni qabel l-ishma li għandhom jiġu irtirati jkunu sottoskritti;

(b) 

fejn l-irtirar obbligatorju huwa awtorizzat sempliċiment mill-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni, dan għandu jiġi deċiż mil-laqgħa ġenerali sakemm ma jkunx gie approvat b'mod unanimu mill-azzjonisti kkonċernati;

(c) 

il-korp tal-kumpanija li jiddeċiedi fuq l-irtirar obbligatorju għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-mod tagħhom meta huma ma ġewx diġà stabbiliti mill-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni;

(d) 

L-Artikolu 75 għandu japplika ħlief fil-każ ta' ishma mħallsa kollha li jkunu disponibbli għall-kumpanija mingħajr ħlas jew huma rtirati bl-użu ta' somom disponibbli għal distribuzzjoni skont l-Artikolu 56(1) sa (4); f'dawk il-każijiet, ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-parità kontabbli tal-ishma kollha rtirati għandu jkun inluż f'riserva; ħlief fil-każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt dik ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti; hija tista' tintuża biss biex tpaċi għal telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta' din ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu din l-operazzjoni; u

(e) 

id-deċiżjoni dwar l-irtirar obbligatorju għandha tiġi ppubblikata bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16.

Artikolu 79 2.
L-ewwel paragrafu tal-Artikoli 73, u l-Artikoli 74, 76 u 83 ma japplikawx għal każijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.