|
+Artikolu 79 1. |
Artikolu 79 1.Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li kumpaniji jnaqqsu l-kapital sottoskritt tagħhom b'irtirar obbligatorju ta' ishma, huma għandhom jeħtieġu li għallinqas jiġu mħarsal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-irtirar obbligatorju għandu jiġi preskritt jew awtorizzat mill-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni qabel l-ishma li għandhom jiġu irtirati jkunu sottoskritti;
(b)
fejn l-irtirar obbligatorju huwa awtorizzat sempliċiment mill-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni, dan għandu jiġi deċiż mil-laqgħa ġenerali sakemm ma jkunx gie approvat b'mod unanimu mill-azzjonisti kkonċernati;
(c)
il-korp tal-kumpanija li jiddeċiedi fuq l-irtirar obbligatorju għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-mod tagħhom meta huma ma ġewx diġà stabbiliti mill-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni;
(d)
L-Artikolu 75 għandu japplika ħlief fil-każ ta' ishma mħallsa kollha li jkunu disponibbli għall-kumpanija mingħajr ħlas jew huma rtirati bl-użu ta' somom disponibbli għal distribuzzjoni skont l-Artikolu 56(1) sa (4); f'dawk il-każijiet, ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-parità kontabbli tal-ishma kollha rtirati għandu jkun inluż f'riserva; ħlief fil-każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt dik ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti; hija tista' tintuża biss biex tpaċi għal telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta' din ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu din l-operazzjoni; u
(e)
id-deċiżjoni dwar l-irtirar obbligatorju għandha tiġi ppubblikata bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|