|
+Artikolu 82 Kundizzjonijiet għall-fidwa tal-ishma |
Artikolu 82 Kundizzjonijiet għall-fidwa tal-ishmaArtikolu 82 Kundizzjonijiet għall-fidwa tal-ishma Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jawtorizzaw lil kumpaniji biex joħorġu ishma li jkunu jistgħu jinfdew, huma għandhom jeħtieġu l-konformità għallinqas mal-kondizzjonijiet li ġejjin għall-fidwa ta' dawk l-ishma:
(a)
il-fidwa għandha tiġi awtorizzata mill-istatuti tal-kumpanija jew mill-att ta' inkorporazzjoni qabel l-ishma li jkunu jistgħu jinfdew huma sottoskritti;
(b)
l-ishma għandhom jitħallsu kollha;
(c)
il-kondizzjonjiet u l-mod tal-fidwa għandhom jiġu speċifikati fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni tal-kumpanija;
(d)
il-fidwa tista' ssir biss bl-użu ta' somom li huma disponibbli għal distribuzzjoni skont l-Artikolu 56(1) sa (4) jew bid-dħul minn ħruġ ġdid li jsir bil-ħsieb li jwettaq dik il-fidwa;
(e)
ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, daqs il-parità kontabbli tal-ishma mifdija kollha għandu jiġi inkluż f'riserva li ma tistax tiġi mqassma lill-azzjonisti, ħlief fil-każ ta' tnaqqis mill-kapital sottoskritt; hija tista' tintuża biss għall-iskop biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta' riservi;
(f)
il-punt (e) ma għandux japplika għal fidwa permezz tal-użu mid-dħul ta' ħruġ ġdid li jsir bil-ħsieb li jaffettwa dik il-fidwa;
(g)
meta ssir dispożizzjoni għall-ħlas ta' premium lill-azzjonisti minħabba fidwa, il-premium jista' jitħallas biss minn somom disponibbli għal distribuzzjoni skont l–Artikolu 56(1) sa (4), jew minn riserva għajr dik imsemmija f'punt (e) ta' dan l-Artikolu li ma tistax tiġi mqassma lill-azzjonisti ħlief fil-każ ta' tnaqqis mill-kapital sottoskritt; dik ir-riserva tista' tintuża biss sabiex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta' riservi jew biex tkopri l-ispejjeż imsemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 4 jew l-ispiża biex jinħarġu ishma jew ishma ta' obbligazzjoni jew għall-ħlas ta' premium lid-detenturi ta' ishma li jkunu jistgħu jinfdew jew ta' ishma ta' obbligazzjoni;
(h)
l-avviż tal-fidwa għandu jiġi ppubblikat bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|