+Artikolu 84 Deroga minn ċerti ħtiġijiet
---+Artikolu 84 1.
---+Artikolu 84 2.
---+Artikolu 84 3.
---+Artikolu 84 4.
|
Artikolu 84 Deroga minn ċerti ħtiġijiet
Deroga minn ċerti ħtiġijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 84 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 48, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 60(1)(a), u mill-Artikoli 68, 69 u 72 sakemm dawn id-derogi huma neċessarji għall-adozzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imfassla biex iħeġġu l-parteċipazzjoni tal-impjegati, jew ta' gruppi oħrajn ta' persuni definiti mil-liġi nazzjonali, fil-kapital tal-impriżi.
|
|
Artikolu 84 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-ewwel sentenzatal-Artikolu 60(1)(a), l-ewwel sentenza, u l-Artikoli 73, 74 u 79 sa 82 għal kumpaniji inkorporati taħt liġi speċjali li joħorġu kemm ishma ta' kapital u kemm ishma ta' ħaddiema, meta dawn tal-aħħar jinħarġu lill-impjegati tal-kumpanija bħala korp, li huma rappreżentati f'laqgħat ġenerali tal-azzjonisti minn delegati li għandhom il-jedd li jivvutaw.
|
|
Artikolu 84 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 49, l-Artikolu 58(1), l-Artikolu 68(1), (2) u (3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 70(2), l-Artikoli 72 sa 75, 79, 80 u 81 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx fil-każ tal-applikazzjoni tal-għodod, is-setgħat u l-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
) jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
).
|
|
Artikolu 84 4.
|
L-Istati Membri għandhom jidderogaw mill-Artikolu 58(1), l-Artikolu 68, l-Artikoli 72, 73, u 74, il-punt (b) tal-Artikolu 79(1), l-Artikolu 80(1) u l-Artikolu 81 sal-punt li, u għaż-żmien li, tali derogi jkunu meħtieġa għall-istabbiliment tal-oqfsa ta' ristrutturar preventiv previst fid-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
). L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-ugwaljanza tat-trattament tal-azzjonisti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|