Artikolu 86c
Proċeduri u formalitajiet
F’konformità mal-liġi tal-Unjoni, il-liġi tal-Istat Membru tat-tluq għandha tirregola dawk il-partijiet tal-proċeduri u l-formalitajiet li magħhom tkun tinħtieġ konformità b'rabta mal-konverżjoni transkonfinali biex jinkiseb iċ-ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni, u l-liġi tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandha tirregola dawk il-partijiet tal-proċeduri u l-formalitajiet li magħhom tkun tinħtieġ konformità wara r-riċezzjoni taċ-ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni.