+Artikolu 86d L-abbozzi tat-termini ta' konverżjonijiet transkonfinali

Artikolu 86d L-abbozzi tat-termini ta' konverżjonijiet transkonfinali

Artikolu 86d

L-abbozzi tat-termini ta' konverżjonijiet transkonfinali

Il-korp amministrativ jew maniġerjali tal-kumpanija għandu jfassal l-abbozz tat-termini ta' konverżjoni transkonfinali. L-abbozz tat-termini ta' konverżjoni transkonfinali għandu jinkludi tal-anqas dawn id-dettalji li ġejjin:

(a) 

il-forma ġuridika u l-isem tal-kumpanija fl-Istat Membru tat-tluq u l-post tal-uffiċċju reġistrat tagħha f’dak l-Istat Membru;

(b) 

il-forma ġuridika u l-isem proposti għall-kumpanija konvertita fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-post propost tal-uffiċċju reġistrat tagħha f’dak l-Istat Membru;

(c) 

l-istrument ta' kostituzzjoni tal-kumpanija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, fejn applikabbli, u l-istatuti jekk dawn ikunu jinsabu fi strument separat;

(d) 

l-iskeda ta' żmien indikattiva proposta għall-konverżjoni transkonfinali;

(e) 

id-drittijiet mogħtija mill-kumpanija konvertita lill-membri li jgawdu drittijiet speċjali jew lid-detenturi ta' titoli għajr ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija, jew il-miżuri proposti li jikkonċernawhom;

(f) 

kwalunkwe salvagwardja offerta lill-kredituri, bħal garanzija jew rahan;

(g) 

kwalunkwe vantaġġ speċjali mogħti lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali, superviżorji jew ta' kontroll tal-kumpanija;

(h) 

jekk ġiex riċevut xi inċentiv jew sussidju mill-kumpanija fl-Istat Membru tat-tluq fil-ħames snin preċedenti;

(i) 

dettalji tal-offerta ta' kumpens fi flus kontanti għall-membri f'konformità mal-Artikolu 86i;

(j) 

ir-riperkussjonijiet probabbli tal-konverżjoni transkonfinali fuq l-impjiegi;

(k) 

fejn xieraq, informazzjoni dwar il-proċeduri li bihom jiġu determinati arranġamenti għall-involviment tal-impjegati fid-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom li jipparteċipaw fil-kumpanija konvertita taħt l-Artikolu 86l.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.