|
+Artikolu 86f 2. |
Artikolu 86f 2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu fi kwalunkwe każ jinkludi l-opinjoni tal-espert dwar jekk il-kumpens fi flus kontanti jkunx adegwat. Meta jivvvaluta l-kumpens fi flus kontanti, l-espert għandu jqis kwalunkwe prezz tas-suq tal-ishma fil-kumpanija qabel it-tħabbir tal-proposta ta' konverżjoni jew il-valur tal-kumpanija bl-esklużjoni tal-effett tal-konverżjoni proposta, kif determinat skont il-metodi ta' valwazzjoni ġeneralment aċċettati. Ir-rapport għandu tal-anqas:
(a)
jindika l-metodu jew metodi li ntuża għad-determinazzjoni tal-kumpens fi flus kontanti propost;
(b)
jiddikjara jekk il-metodu jew metodi użati humiex adegwati għall-valutazzjoni tal-kumpens fi flus kontanti, jindika l-valur li jkun ġie kkalkolat bl-użu ta' tali metodi u jagħti opinjoni dwar l-importanza relattiva attribwita lil dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur li jkun ġie deċiż; u
(c)
jiddeskrivi kwalunkwe diffikultà speċjali li tkun qamet fil-valwazzjoni. L-espert għandu jkun intitolat jikseb mingħand il-kumpanija l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-espert. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|