+Artikolu 86f Rapport minn espert indipendenti
---+Artikolu 86f 1.
---+Artikolu 86f 2.
---+Artikolu 86f 3.
|
Artikolu 86f Rapport minn espert indipendenti
Rapport minn espert indipendenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 86f 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li espert indipendenti jeżamina l-abbozz tat-termini ta’ konverżjoni transkonfinali u jfassal rapport għall-membri. Dak ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-membri mhux anqas minn xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h. Skont il-liġi tal-Istat Membru, l-espert jista’ jkun persuna fiżika jew ġuridika.
|
|
Artikolu 86f 2.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu fi kwalunkwe każ jinkludi l-opinjoni tal-espert dwar jekk il-kumpens fi flus kontanti jkunx adegwat. Meta jivvvaluta l-kumpens fi flus kontanti, l-espert għandu jqis kwalunkwe prezz tas-suq tal-ishma fil-kumpanija qabel it-tħabbir tal-proposta ta' konverżjoni jew il-valur tal-kumpanija bl-esklużjoni tal-effett tal-konverżjoni proposta, kif determinat skont il-metodi ta' valwazzjoni ġeneralment aċċettati. Ir-rapport għandu tal-anqas:
(a)
jindika l-metodu jew metodi li ntuża għad-determinazzjoni tal-kumpens fi flus kontanti propost;
(b)
jiddikjara jekk il-metodu jew metodi użati humiex adegwati għall-valutazzjoni tal-kumpens fi flus kontanti, jindika l-valur li jkun ġie kkalkolat bl-użu ta' tali metodi u jagħti opinjoni dwar l-importanza relattiva attribwita lil dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur li jkun ġie deċiż; u
(c)
jiddeskrivi kwalunkwe diffikultà speċjali li tkun qamet fil-valwazzjoni.
L-espert għandu jkun intitolat jikseb mingħand il-kumpanija l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-espert.
|
|
Artikolu 86f 3.
|
La eżami tal-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali minn espert indipendenti u lanqas rapport minn espert indipendenti ma għandhom ikunu rikjesti jekk hekk ikunu qablu l-membri kollha tal-kumpanija. L-Istati Membri jistgħu jeskludu kumpaniji b'membru wieħed mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|