+Artikolu 86h Approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali
---+Artikolu 86h 1.
---+Artikolu 86h 2.
---+Artikolu 86h 3.
---+Artikolu 86h 4.
---+Artikolu 86h 5.
|
Artikolu 86h Approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali
Approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 86h 1.
|
Wara li tittieħed nota tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 86e u 86f, fejn applikabbli, ta' opinjonijiet ta' impjegati mressqa f'konformità mal-Artikolu 86e u ta' kummenti mressqa f'konformità mal-Artikolu 86g, il-laqgħa ġenerali tal-kumpanija għandha tiddeċiedi, permezz ta' riżoluzzjoni, jekk tapprovax l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali u jekk tadattax l-istrument ta' kostituzzjoni, u l-istatuti jekk ikunu f'dokument separat.
|
|
Artikolu 86h 2.
|
Il-laqgħa ġenerali tal-kumpanija tista' tirriżerva d-dritt li tagħmel l-implimentazzjoni tal-konverżjoni transkonfinali kondizzjonata mir-ratifika espressa minnha tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 86l.
|
|
Artikolu 86h 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-approvazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali, u ta’ kwalunkwe emenda f’dak l-abbozz tat-termini, ikunu jirrikjedu maġġoranza ta' mhux anqas minn żewġ terzi iżda mhux aktar minn 90 % tal-voti marbuta jew mal-ishma jew mal-kapital sottoskritt rappreżentati fil-laqgħa ġenerali. Fi kwalunkwe każ, il-livell limitu tal-votazzjoni ma għandux ikun ogħla minn dak previst fil-liġi nazzjonali għall-approvazzjoni ta' mergers transkonfinali.
|
|
Artikolu 86h 4.
|
Fejn xi klawsola fl-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali jew kwalunkwe emenda fl-istrument ta' kostituzzjoni tal-kumpanija li tkun qed tiġi konvertita twassal għal żieda fl-obbligi ekonomiċi ta' xi membru lejn il-kumpanija jew lejn partijiet terzi, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu, f'tali ċirkostanzi speċifiċi, li tali klawsola jew l-emenda fl-istrument ta' kostituzzjoni tiġi approvata mill-membru kkonċernat, dment li tali membru ma jkunx jista' jeżerċita d-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 86i.
|
|
Artikolu 86h 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-approvazzjoni tal-konverżjoni transkonfinali mil-laqgħa ġenerali ma tkunx tista' tiġi kkontestata biss fuq il-motivazzjonijiet li ġejjin:
(a)
li l-kumpens fi flus kontanti msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 86d ġie stabbilit f’ammont inadegwat; jew
(b)
li l-informazzjoni mogħtija fir-rigward tal-kumpens fi flus kontanti msemmi fil-punt (a) ma kinitx konformi mar-rekwiżiti legali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|