+Artikolu 86i Protezzjoni tal-membri
---+Artikolu 86i 1.
---+Artikolu 86i 2.
---+Artikolu 86i 3.
---+Artikolu 86i 4.
---+Artikolu 86i 5.

Artikolu 86i Protezzjoni tal-membri

Protezzjoni tal-membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 86i 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas il-membri ta' kumpanija li jkunu vvutaw kontra l-approvazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali jkollhom id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom għal kumpens adegwat fi flus kontanti, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li membri oħrajn tal-kumpanija jkollhom id-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li jiġu adegwatament dokumentati, sa mhux aktar tard mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h, l-oppożizzjoni espressa għall-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali, jew l-intenzjoni tal-membri li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jċedu l-ishma tagħhom, jew it-tnejn. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li r-reġistrazzjoni tal-oppożizzjoni għall-abbozz tat-termini tal-merger transkonfinali titqies bħala dokumentazzjoni adatta ta' vot negattiv.

Artikolu 86i 2.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu li matulu l-membri msemmija fil-paragrafu 1 ikollhom jiddikjaraw lill-kumpanija d-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jċedu l-ishma tagħhom. Dak il-perjodu ma għandux jeċċedi xahar wara l-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija tipprovdi indirizz elettroniku biex tirċievi dik id-dikjarazzjoni elettronikament.
Artikolu 86i 3.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll il-perjodu li matulu l-kumpens fi flus kontanti speċifikat fl-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali irid jitħallas. Dak il-perjodu ma għandux jiskadi aktar tard minn xahrejn wara li tkun saret effettiva l-konverżjoni transkonfinali skont l-Artikolu 86q.
Artikolu 86i 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe membru li jkun iddikjara d-deċiżjoni tiegħu li jeżerċita d-dritt li jċedi l-ishma, iżda li jqis li l-kumpens fi flus kontanti offrut mill-kumpanija ma ġiex adegwatament stabbilit, ikun intitolat li jitlob kumpens addizzjonali fi flus kontanti quddiem l-awtorità jew il-korp kompetenti responsabbli taħt il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta' żmien għat-talba għal kumpens addizzjonali fi flus kontanti.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li d-deċiżjoni finali li tipprovdi kumpens addizzjonali fi flus kontanti tkun valida għall-membri kollha li jkunu ddikjaraw id-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw id-dritt li jċedu l-ishma tagħhom skont il-paragrafu 2.

Artikolu 86i 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġi tal-Istat Membru tat-tluq tirregola d-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 u li l-kompetenza esklużiva għar-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe tilwima relatata ma' dawk id-drittijiet tkun fil-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru tat-tluq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.