+Artikolu 86o Skrutinju tal-legalità tal-konverżjoni transkonfinali mill-Istat Membru tad-destinazzjoni
---+Artikolu 86o 1.
---+Artikolu 86o 2.
---+Artikolu 86o 3.
---+Artikolu 86o 4.
---+Artikolu 86o 5.

Artikolu 86o Skrutinju tal-legalità tal-konverżjoni transkonfinali mill-Istat Membru tad-destinazzjoni

Skrutinju tal-legalità tal-konverżjoni transkonfinali mill-Istat Membru tad-destinazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 86o 1.
L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-qorti, nutar jew awtorità oħra kompetenti biex jiskrutinizzaw il-legalità tal-konverżjoni transkonfinali fir-rigward ta' dik il-parti tal-proċedura li tkun regolata mil-liġi tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Dik l-awtorità għandha tkun kompetenti biex tapprova l-konverżjoni transkonfinali

Dik l-awtorità għandha, b'mod partikolari, tiżgura li l-kumpanija konvertita tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-inkorporazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' kumpaniji u, fejn xieraq, li l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-ħaddiema ġew determinati f'konformità mal-Artikolu 86l.

Artikolu 86o 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kumpanija għandha tippreżenta lill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu l-abbozz tat-termini tal-konverżjoni transkonfinali approvat mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 86h.
Artikolu 86o 3.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe applikazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1 mill-kumpanija, inkluża l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni u dokument, tista' timtela kompletament online mingħajr il-ħtieġa li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem l-awtorità msemmija fil-paragrafu 1, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu III tat-Titolu I.
Artikolu 86o 4.
L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapprova l-konverżjoni transkonfinali malli tiddetermina li l-kundizzjonijiet rilevanti kollha ġew sodisfatti kif dovut u l-formalitajiet tlestew kif dovut fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.
Artikolu 86o 5.
Iċ-ċertifikat ta' qabel il-konverżjoni għandu jiġi aċċettat mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala attestazzjoni konklużiva tat-tlestija korretta tal-proċeduri u l-formalitajiet ta' qabel il-konverżjoni fl-Istat Membru tat-tluq, li mingħajrhom il-konverżjoni transkonfinali ma tkunx tista' tiġi approvata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.