|
+Artikolu 86p 2. |
Artikolu 86p 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas l-informazzjoni li ġejja tiddaħħal fir-reġistri tagħhom:
(a)
fir-reġistru tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, li r-reġistrazzjoni tal-kumpanija konvertita tkun ir-riżultat ta' konverżjoni transkonfinali;
(b)
fir-reġistru tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, id-data tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija konvertita;
(c)
fir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq, li t-tħassir jew it-tneħħija tal-kumpanija mir-reġistru jkunu r-riżultat ta' konverżjoni transkonfinali;
(d)
fir-reġistru tal-Istat Membru tat-tluq, id-data tat-tħassir jew tat-tneħħija tal-kumpanija mir-reġistru;
(e)
fir-reġistri tal-Istat Membru tat-tluq u tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, rispettivament, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-isem u l-forma legali tal-kumpanija u n-numru tar-reġistrazzjoni, l-isem u l-forma legali tal-kumpanija konvertita. Ir-reġistri għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu disponibbli pubblikament u aċċessibbli permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|