|
+Artikolu 86r Konsegwenzi ta’ konverżjoni transkonfinali |
Artikolu 86r Konsegwenzi ta’ konverżjoni transkonfinaliArtikolu 86r Konsegwenzi ta’ konverżjoni transkonfinali Konverżjoni transkonfinali mwettqa għandu jkollha, mid-data msemmija fl-Artikolu 86q, il-konsegwenzi li ġejjin:
(a)
l-attiv u l-passiv kollha tal-kumpanija, inklużi l-kuntratti, il-krediti, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha, isiru tal-kumpanija konvertita;
(b)
il-membri tal-kumpanija għandhom jibqgħu membri tal-kumpanija konvertita, dment li ma jkunux ċedew l-ishma tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 86i(1);
(c)
id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija li jirriżultaw minn kuntratti ta' impjieg jew minn relazzjonijiet ta' impjieg u dawk eżistenti fid-data li fiha ssir effettiva l-konverżjoni transkonfinali għandhom ikunu dawk tal-kumpanija konvertita. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|