|
+Artikolu 92 Pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger |
Artikolu 92 Pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-mergerArtikolu 92 Pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger L-abbozz tat-termini ta' merger għandu jkun pubblikat skont kif stabbilit fil-liġijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 16, għal kull waħda mill-kumpaniji fil-proċessta' merger, għallinqas xahar qabel id-data ffissata għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Kwalunkwe waħda mill-kumpaniji fil-proċessta' merger għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 16 jekk, għal perjodu kontinwu ta' żmien li jibda mill-inqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz ta' termini tal-merger u li jispiċċa mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, hija tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini ta' din il-merger fuq il-websajt tagħha mingħajr ħlas għall-pubbliku. Dik l-eżenzjoni m'għandhiex tkun soġġetta mill-Istati Membri għal xi rekwiżiti jew restrizzjonijiet minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti, u rekwiżiti jew restrizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu imposti biss sal-punt li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. B'deroga mit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ssir permezz tal-bażi elettronika ċentrali msemmija fl-Artikolu 16(5). L-Istati Membri jistgħu b'mod alternattiv jeħtieġu li din il-pubblikazzjoni ssir fuq kwalunkwe websajt oħra magħżula minnhom għal dak il-għan. Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu minn waħda minn dawk il-possibilitajiet, huma għandhom jiżguraw li l-kumpaniji ma jintalbux tariffa speċifika għal tali pubblikazzjoni. Fejn tintuża websajt oħra minbarra l-bażi elettronika ċentrali, għandha tiġi ppubblikata referenza li tagħti aċċess għal dik il-websajt fuq il-bażi elettronika ċentrali mill-inqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgha ġenerali. Dik ir-referenza għandha tinkludi d-data tal-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger fuq il-websajt u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. Il-kumpaniji m'għandhomx jintalbu tariffa speċifika għal din il-pubblikazzjoni. Il-projbizzjoni li teżenta lill-kumpaniji milli jħallsu tariffa speċifika għall-pubblikazzjoni, stabbilità fit-tielet u r-raba' paragrafi, m'għandhiex taffettwa l-kapaċità tal-Istati Membri li jgħaddu lill-kumpaniji l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu mal-bażi elettronika ċentrali. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpaniji jżommu l-informazzjoni għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali fil-websajt tagħhom jew, fejn ikun applikabbli, fil-bażi elettronika ċentrali jew il-websajt l-ieħor magħżul mill-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-konsegwenzi ta' interruzzjoni temporananja tal-aċċess għall-websajt jew għall-bażi elettronika ċentrali, ikkawżati minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|